Boxing
Floyd Mayweather iħallas l-ispejjeż tal-funeral ta’ George Floyd

Il-boxer mondjali Floyd Mayweather qal li kien qed jofri biex iħallas l-ispejjeż kollha tal-funeral ta’ George Floyd, l-Amerikan-Afrikan li nqatel mill-Pulizija ta’ Minneapolis fil-ħin li kien fil-kustodja tagħhom, fil-jiem li għaddew.

Il-kumpanija privata tal-ħames darbiet Champion tad-Dinja tal-boxing, Mayweather Promotions, ikkonfermat permezz ta’ twitter li l-boxer lest iħallas kull ma jkun hemm bżonn biex juri simpatija mad-dulur li għaddejjha minnu bħalissa l-familja ta’ Floyd.

Rapporti oħra fil-media jgħidu li l-familja ta’ Floyd aċċettaw din l-offerta u rringrazzjaw lil Mayweather.

TMZ Sports tellgħu ritratt fuq il-media soċjali biċ-ċekk li Mayweather bagħat lill-familja tal-ispejjeż tal-funeral li l-ammont kien ta’ 88,500 dollaru.

Din mhux l-ewwel darba li Mayweather ħallas ta’ funerali ta’ nies oħra. Fil-passat hu daħal għall-ispejjeż tal-funeral tal-boxers Genaro Hernandez u tal-leġġendarju Joe Frazier.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Boxing

Christian Ċoqqos Schembri għeleb lir-rival antik Scott Dixon fuq għaxar rounds fi ġlieda li rat lill-ex-champion tal-Commonwealth Dixon jirritorna fir-ring minn sospensjoni t’erba’ snin. L-event ta’ tmiem il-ġimgħa li għadda…

Boxing

Boxing lokali illum saret weigh in ta’ boxers li se jkunu qed jiġġieldu għada fl-avveniment The Trilogy III organizzata minn Prize Boxing Promotions. Fost il-ġliediet mistennija għal għada hemm dik…

Boxing

L-ex boxer Champion tad-Dinja Roberto Duran ittestja pożittiv għall-coronavirus u ttieħed fl-isptar għal aktar osservazzjoni. L-aħbar għamilha uffiċjali ibnu stess. Duran beda jħoss sintomi ta’ riħ qawwi matul il-ġurnata tal-bieraħ….

Boxing

Fl-Istati Uniti hemm stennija kbira għall-film li se jibda jinħadem dwar il-ħajja tal-boxer Mike Tyson. ‘Finding Mike’ se jkun film u biografija dwar wieħed mill-aqwa boxers li qatt kien hawn…

Aktar