Futbol internazzjonali
Folgore – Hibernians UECL Rd2: Ara l-partita hawnhekk

Hibernians huma l-ewwel minn tliet timijiet Maltin fl-azzjoni fit-tieni round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa Conference League meta llejla jilagħbu barra minn darhom għand Folgore ta’ San Marino.

Il-Pawlisti qed ikomplu l-avventura Ewropeja tagħhom f’din il-kompetizzjoni wara li kienu eliminati mill-UEFA Champions League. Il-partita tal-lejla tibda fid-9.

It-tieni leg tintlagħab bħal-lum ġimgħa fis-Centenary Stadium.

Ir-rebbieħ fuq iż-żewġ legs imissu ma’ Riga tal-Latvja jew Shkëndija tal-Maċedonja ta’ Fuq fir-round ta’ wara.

Nhar il-Ħamis intant ikunu fl-azzjoni wkoll Birkirkara u Gżira Utd fl-istess stadju tal-Europa Conference League: biż-żewġ partiti kontra Olimpija Ljubljana u Rijeka jintwerew it-tnejn diretti fuq TVM u TVM2 fis-6 u fis-7 rispettivament.

Tista ssegwi l-partita ta’ Hibernians diretta permezz ta’ dan il-link:

https://www.sanmarinortv.sm/programmi/web-tv

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.