Futbol internazzjonali
Folla kbira ta’ partitarji ta’ Inter jistennew lit-tim quddiem San Siro qabel il-partita kontra Sampdoria

Folla kbira ta’ partitarji Interisti nġabru quddien Stadio San Siro ilbieraħ wara nofsinhar biex jistennew il-coach tat-tim tasal għall-partita mill-kampjonat Taljan Serie A kontra Sampdoria.

Inter rebħu din il-partita bil-kbir bi skor ta’ 5-1 kontra Sampdoria.

Inter aċċertaw mid-19-il titlu fl-Istorja tagħhom ġimgħa ilu wara 11-il sena.

Ir-rebħ tal-kampjonat ta’ Inter kien l-ewwel wieħed minn meta kienu rebħu t-tripletta fl-istaġun 2009/10 taħt il-kowċ Jose Mourinho.

B’dan ir-rebħ tat-titlu Inter qabżu lir-rivali tagħhom Milan li rebħu 18-il titlu u sar t-tieni l-aktar tim fil-futbol Taljan li rebaħ il-kampjonat wara Juventus.

Inter ilhom ma jitilfu mis-6 ta’ Jannar li għadda.

Miktub minn...
TVM Sport