Futbol lokali
Football: 185 tifla jieħdu sehem f’sessjonijiet ta’ taħriġ wara l-iskola

Bħala parti mill-isforzi biex il-football tan-nisa f’Malta jkompli jiżviluppa u jżid fil-popolarità, dan l-aħħar tnieda proġett ġdid mid-Dipartiment tal-Football tan-Nisa fi ħdan il-Malta Football Association.

Dan kien jikkonsisti f’sessjonijiet wara l-iskola f’diversi lokalitajiet f’Malta u Għawdex bil-għan li din l-inizjattiva tilħaq aktar bniet, speċjalment dawk minn etajiet bejn is-seba’ u għaxar snin, u tagħtihom l-opportunita jitgħallmu ħiliet bażiċi marbuta mal-logħba tal-football.

B’kollox total ta’ 185 tifla minn tmien skejjel madwar Malta u Għawdex ħadu sehem f’dan il-proġett pilota.

L-iskejjel, bit-total ta’ bniet minn kull skola fil-parentesi kienu: Skola Primarja ta’ Birkirkara (19), Primarja Birżebbuġa (29), Primarja Fgura (24), Sacred Heart (14), Primarja St Joan Antide (31), Kulleġġ San Martin (12), Primarja San Pawl il-baħar (37), Primarja t’Għawdex (Bishop’s Conservatory) (19).

Il-parteċipanti f’dan il-proġett pilota ħadu sehem f’sessjonijiet darba fil-ġimgħa taħt is-superviżjoni ta’ kowċis kwalifikati appuntati mill-MFA.  

Id-Direttur Tekniku tal-football tan-nisa fi ħdan l-MFA, Pierre Brincat, qal: “Inizjattiva bħal din hija mill-aktar pro-attiva u qed tgħin lil dawn l-istudenti bniet biex jifhmu aħjar kif il-football huwa sport li jista’ jintlagħab minn kulħadd.”

 

 

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Futbol lokali: Mill-Kampjonat BOV Premier żewġ Clubs St Andrews u Qormi rreġistraw protest kontra Floriana u Birkirkara rispettivament wara l-logħbiet ta’ tmiem il-ġimgħa. Kemm St. Andrews kif ukoll Qormi qed…

Futbol lokali

Jurgen Balzan rebaħ il-kategorija ta’ taħt id-19 -il sena tal-Major Tournament ta’ Milan f-Italja. Balzan rebaħ il-finali kontra l-plejer Franċiż Theo Modeste bl-iskor ta’ 1-0. Fil-kategorija Open ħadu sehem Massimo…

Futbol lokali

Football lokali: Fl-Okażjoni tal-128 sena mit-twaqqif tal-Club tal-Football ta’ St Georgess il-Kumitat preżenti ħaseb biex jfakkar din is-sena bil-kxief ta’ plakka kommemorattiva. Fi ħdan il-Club ta’ St Georges għad hemm…

Futbol lokali

GFA BOV GFL l-1 Diviżjoni SK Victoria Wanderers – Gharb Rangers FC 1-0 78’ (1-0) penalty Predrag Dordevic Kercem Ajax FC – Xewkija Tigers FC 1-1 6’ (1-0) Felipe Augusto…

Aktar