Futbol lokali
Football: Convenience Tournament 2018 bil-parteċipazzjoni ta’ 5 teams mill-ewwel diviżjoni

Illum tnieda l-Convenience Tournament 2018 organizzat mill-Club ta’ San Gwann.

Dan il-pre season Tournament se jkollu l-parteċipazzjoni ta’ xejn inqas minn ħames teams mill-ewwel diviżjoni. Dawn se jkunu Mqabba FC, Żejtun Corinthians , Żebbuġ Rangers, Lija Athletic u team li qed jorganizza t-Tournament San Ġwann.

Waqt konferenza stampa ingħataw id-dettalji tat-tournament li issa daħal fit-tielet edizzjoni tiegħu. Il-Viċi President ta’ San Ġwann Trevor Fenech flimkien mas-Segretarju Ġenerali Raymond Colombo taw dettalji ta’ kif se jimxi l-andament ta’ dan it-Tournament. Huma stqarrew li t-tournament iservi bħala preparazzjoni tajba għall-bidu tal-istaġun hekk kif il-kowċis ikollhom iċ-ċans li jkompli jipprovaw xi players qabel il-bidu tal-kampjonat BOV tal-Ewwel diviżjoni li din is-sena se jkun qed jibda fl-14 ta’ Settembru.

Il-logħob tal-Convenience Tournament 2018 jibda l-Ġimgħa 10 t’ Awwissu u jibqa’ għaddej sal-1 ta’ Settembru. Il-logħob kollu se jintlaghab fiċ-Charles Abela Stadium tal-Mosta. Il-ħlas għad-dħul se jkun ta’ €3.50.

 

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Tarxien …….1 Gżira………..4 Victor Tedesco Stadium, Ħamrun Gżira fetħu il-kampjonat b’rebħa konvinċenti hekk kif għelbu lil Tarxien, bla dubju Gżira kienu aħjar tul id-90 minuta bit-team…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Sliema Wds……3 Valletta…………o Stadium Nazzjonali, Ta’ Qali Iċ-Champions Valletta jibdew l-istaġun b’telfa diżapuntanti Sliema W. L-ewwel xutt fil parita ġie min-naħa ta’ Valletta meta fl-10 minuta…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Mosta …………..1 St Andrews……3 Victor Tedesco Stadium St’Andrews akkwistaw l-ewwel tlett punti tal-kampjonat hekk kif għelbu lil Mosta, logħba li kellha l-ewwel taqsima bilanċjata hekk kif…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Ħamrun Spartans…….2 Floriana…………………..0 Stadium Nazzjonali, Ta’ Qali B’żewġ gols fit-tieni taqsima, Ħamrun Spartans għelbu lil Floriana fl-ewwel partita tagħhom dan l-istaġun. Fit 23 minuta ċans tajjeb…

Aktar