Futbol lokali
Football f’Għawdex: jitilgħu l-poloz tal-kampjonati tal-GFA
Kick-off fl-20 t'Awwissu: Victoria Hotspurs jibdew id-difiża tat-titlu kontra Kerċem Ajax

Iċ-champions tal-football f’Għawdex Victoria Hotspurs se jibdew id-difiża tat-titlu li rebħu f’April kontra Kerċem Ajax meta fl-20 ta’ dan ix-xahar jingħata l-kick-off għall-Kampjonat BOV GFA tal-1 Diviżjoni 2019-20.

Il-poloz taż-żewġ kampjonati tal-Gozo Football Association u tat-Tazza BOV GFA ittellgħu llum: bl-ewwel ġurnata tal-kampjonat tal-1 Diviżjoni tlaqqa’ wkoll lil Għajnsielem mal-promossi ġodda Xagħra Utd, Victoria Wanderers ma’ Nadur Youngsters, u Xewkija Tigers ma’ Għarb Rangers.

Il-president tal-GFA Samuel Azzopardi awgura li jkun staġun ieħor memorabbli, bi players ġodda jiffirmaw ma’ timijiet Għawdxin u bi trasferimenti nteressanti bejn il-clubs. Il-Bank of Valletta se jkun għal darb’oħra l-isponsor ewlieni tal-football Għawdxi.

Victoria Hotspurs li l-istaġun li għadda rebħu d-double, jiffaċċjaw lir-rebbieħa bejn Nadur u Għarb fil-kwartifinali tat-Tazza BOV GFA.

Fit-30 t’Awwissu intant tintlagħab il-GFA Super Cup bejn il-Hotspurs u l-finalisti telliefa tat-Tazza l-istaġun li għadda Nadur Youngsters.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Bejn għada u nhar il-Ħadd tintlgħab l-aħħar ġurnata tal-ewwel round tal-kampjonat BOV Premier. L-MFA illum organiżżat konferenza stampa li fiha s-sitt kowċis li se jkunu involuti fit-tlett logħbiet kruċjali ta’…

Futbol lokali

Il-Ġimgħa fl-4.30pm fl-Istadium Nazzjonali Ta’ Qali wara l-logħba tal-kampjonat Premier Birkirkara kontra Sirens se tintlgħab il-finali tas-Super Cup tan-Nisa bejn Mġarr United u Birkirkara. Waqt indirizz lill-media Hayley Bugeja player…

Futbol lokali

Tmien plejers ġew sospiżi partita mill-Kampjonat BOV Premier. Il-Kummissarju tad-Dixxipplina tal-Malta Football Association ikkonferma din l-aħbar bi stqarrija mibgħuta lill-media lokali. Il-plejers huma Ryan Camenzuli ta’ Floriana, Hubert Vella ta’…

Futsal

Luxol jagħmluhom għal 21 rebħa konsekuttiva, hekk kif fl-unika logħba li kellna mill-Kampjonat tal-Elite, reġgħu rebħu lit-tim tal-Università ta’ Malta, din id-darba bl-iskor ta’ 5-1. Għal Luxol sabu x-xibka Carl…

Aktar