Futbol lokali

Football lokali – Sliema W jippreżentaw l-aħħar akkwist tagħhom il-Brażiljan Kerlon

Sliema Wanderers akkwistaw lill-plejer offensiv Brażiljan Kerlon Moura Souza magħruf aħjar bħala Kerlon.

Dan il-plejer inġieb f’Malta bi prova ma’ Birkirkara, madankollu l-istripes iddeċidew li ma jiffirmawx lil dan il-plejer.

Kerlon, li għandu 27 sena, diġa ttrenja ma’ Sliema Wanderers u fl-aħħar siegħat ġie ppreżentat bil-flokk ġdid tiegħu mill-President tal-club Slimiż Keith Perry.

Kerlon sar ir-raba barrani ġdid fl-aħħar ġimgħat għall-Wanderers wara Rafael Ledesma ex Birkirkara, Gary Muir ex Vittoriosa Stars u Floriana, u Kyle Hendry ex Lija Athletic.

Huwa mistenni jagħmel id-debutt tiegħu mal-Wanderers nhar il-ġimgħa fl-impenn li għandhom kontra Valletta.