Futbol lokali
Football tan-nisa: Birkirkara Champions għat-3 staġun wara l-ieħor
Vantaġġ insuperabbli f'ras il-klassifika: jistgħu jagħlqu l-istaġun bla telfa

Birkirkara huma ċ-champions tal-football lokali tan-nisa għat-tielet staġun konsekuttiv wara li bi draw ma’ Hibernians żammew vantaġġ li bih ma jistgħux jintlaħqu iżjed fil-quċċata tal-klassifika.

Fil-partita tal-bieraħ fis-Centenary Stadium, it-tfajliet Karkariżi kienu 2-0 minn fuq wara 13-il minuta: imma ntlaħqu għal draw finali ta’ 2-2 li tellagħhom għal 51 punt fil-klassifika: erbgħa iktar minn Mġarr Utd b’partita waħda biss x’jonqos.

Fi dsatax-il partita Birkirkara skurjaw 77 goal u qalgħu biss 5: u jekk ma jitilfux fl-aħħar logħba kontra Mġarr jkunu għamlu staġun sħiħ mhux megħluba. Dan huwa t-tmien titlu b’kollox tal-football tan-nisa għalihom. Huma jiġu ppreżentati bit-trofew tal-kampjonat wara l-logħba ta’ nhar l-Erbgħa wara nofsinhar fil-Mosta.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Jumejn qabel il-ftuħ tal-kampjonat Premier, Ħamrun Spartans u Santa Lucia ppreżentaw l-iskwadri tagħhom għall-istaġun li ġej. Ħamrun Spartans ippreżentaw l-iskwadra għall-istaġun li jiftaħ nhar il-Ġimgħa fejn l-Ispartans jibdew b’konfront kontra…

Futbol lokali

THE CONVENIENCE SUMMER CUP 2019 Żebbuġ Rangers laħqu lil San Ġwann f’ras il-klassifika ta’ The Convenience Shop Summer Cup 2019 meta f’konfront dirett huma għelbuhom bl-iskor ta’ 5-2. Min-naħa l-oħra…

Futbol lokali

Ir-referee Għawdxi Mario Apap inħatar bħala l-President il-ġdid tal-Malta Football Referees Association. Hu inħatar waqt laqgħa ġenerali oħra tal-assoċjazzjoni. Ishmael Barbara inħatar bħala Segretarju filwaqt li fir-rwol ta’ Viċi President,…

Aktar