Futbol lokali
Football tan-Nisa: It-Team Nazzjonali t-Tlieta jilgħab kontra l-Bożnja Ħerżegovina

Moral fost it-tfajliet tat-team Nazzjonali Malti, b’erba’ punti diġa’ sa issa minn sitt logħbiet minn dan il-Grupp B ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonat UEFA Euro 2021.

Ir-rebħa kontra l-Georgia l-ewwel waħda fil-grupp ta’ nhar il-Ħamis li għadda tista’ timla b’kuraġġ lill-player u lil kowċ Mark Gatt hekk kif it-Tlieta fis-6.30pm it-team Malta jaffronta lil Bożnja Ħerżegovina bl-avversarji tal-Maltin lura fit-3 ta’ Settembru f’Sarajevo kienu rebħu bl-iskor ta’ 2-0.

Mitlub jikkonferma jekk hux se jkun qed jutilizza ż-żewġ players li rritornaw fit-team wara li ma kienux disponibbli fuq parir tal-istaff mediku minħabba li kienu għadhom jaslu mill-Italja jiġifieri Shona Zammit u Nicole Sciberras, il-kowċ Mark Gatt kien kawt u ma kkomettiex ruħu. L-indikazzjonijiet fit-taħriġ urew li t-tnejn li huma se jkunu fost l-iskwadra inizjali.

Malta – Bożnja Ħerżegovina t-Tlieta fis-6.30pm fis-Centenary Stadium Ta’ Qali.

 

 

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

TVMSport se jxandar dirett iċ-ċelebrazzjonijiet li se jsiru għada Fuq il-Fosos mill-club ta’ Floriana għar-rebħ tal-kampjonat BOV Premier. Iċ-champions għal dan l-istaġun se jiġu ppreżentati bit-Tazza tal-Kampjonat f’ċeremonja taħt il-monument…

Futbol lokali

Robert Micallef inħatar President ta’ Santa Lucia, il-klabb tal-Kampjonat BOV Premier. Micallef se jkun qed jibdel lil Martin Agius, li kien il-President li taħt it-tmexxija tiegħu, it-tim ġie promoss għall-ogħla…

Futbol lokali

Iż-żgħażugħ ta’ 26 sena Daniel Zerafa laħaq ftehim ma’ Tarxien Rainbows biex għall-staġun ieħor jerġa jifforma parti mill-iskwadra. Fil-karriera tiegħu, apparti ma’ Tarxien Rainbows huwa lagħab ma’ Birkirkara u Hamrun…

Futbol lokali

Gżira United ħabru żewġ akkwisti oħra fl-aħħar sigħat bil-plejers li se jkunu parti importanti mill-iskwadra tagħhom għal staġun ieħor. Ricardo Correa reġa’ ngħaqad mal-Maroons u ffirma kuntratt ta’ tliet snin…

Aktar