Oħrajn
Footgolf: Matias Perrone tal-Arġentina jirbaħ it-Tazza tad-Dinja

Matias Perrone tal-Arġentina rebaħ it-Tazza tad-Dinja tal-footgolf li saret f’Marralesh, fil-Marokk, il-Ħadd li għadda.

Perrone rebaħ lill-Ingliż Ben Clarke b’żewġ xuttijiet iktar biex temm fl-ewwel post.

Perrone rebaħ it-titlu fuq il-kompatrijott tiegħu Christian Otero, li rebaħ l-aħħar Tazza tad-Dinja ta’ sentejn ilu.

Sophie Brown rebħet il-kampjonat dinji tan-nisa segwita minn Claire Williams u Natalie Richrson biex il-podju tal-ewwel tliet atleti femminili kien kollu kemm hu mill-Ingilterra.

Fit-tazza tad-dinja tal-footgolf ħadu sehem 36 pajjiż differenti.

Il-footgolf sar sport importanti madwar id-dinja fejn plejers iridu jippruvaw idaħħlu ballun fit-toqba bis-saqajn.

It-tazza tad-dinja tal-footgolf issir kull sentejn.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Oħrajn

Iż-żgħażugh Amerikan Kyle Giersdorf rebaħ is-somma ta’ tlett miljun dollaru Amerikan dan wara li huwa kiseb l-għola unur f’tournament fi New York tal-logħba popolari online Fortnite. Giersdor li għandu 16…

Oħrajn

L-Ingliża Jamie Chadwick u l-Olandiża Beitske Visser se jkunu qed jiġġieldu għat-titlu W Series fit-tellieqa finali tal-istaġun li se ssir fi Brands Hatch ix-xahar id-dieħel wara li l-Finladiża Emma Kimilainen…

Oħrajn

Riżultat ta’ unur għall-iskola Maltija tal-Karate SKSM MALTA fil-Polonja fl-aħħar tal-ġimgħa  l-oħra. Tim ta’ seba’ atleti, minn 13 sa 18 il-sena, irrappreżentaw lil Malta fil-Polish Open 2019, li sar f’Szchechin,…

Oħrajn

World Pro Racing torganizza tlielaq virtwali ta’ livell għoli, tissieħeb ma’ Student Motorsport. Student Motorsport hija kumpanija li tgħin studenti li qegħdin jistudjaw fil-Motorsport, biex ikollhom esperjenzi fil-qasam tax-xogħol. Mhux…

Aktar