Sports Internazzjonali
Forbes: Il-boxer Floyd Mayweather hu l-aktar sportiv li qala’ flus fl-aħħar 10 snin…915-il miljun dollaru

Skont il-kumpanija internazzjonali tal-media Forbes, il-boxer Floyd Mayweather hu l-aktar sportiv li qala’ flus fl-aħħar diċenju. Skont Forbes, Mayweather qala’ 915-il mijun dollaru fi flus f’salarji u drittijiet tat-televizżjoni.

Forbes ħarġu b’din l-informazzjoni ftit tal-jiem ilu tal-aktar 100 sportiv li qalgħu flus fl-aħħar 10 snin u li ħasdet u anki xxukkjat lil xi wħud.

Fit-tieni post tal-lista nsibu lill-plejer ta’ Juventus u tal-Portugall Cristiano Ronaldo, stmat li qala’ aktar minn 800 miljun dollaru fl-aħħar 10 snin u fit-tielet post il-plajer ta’ Barcelona u l-Arġentina Lionel Messi, stmat li fl-aħħar 10 snin daħħal aktar minn 750 miljun.

Skont l-ordni, il-lista tkompli bil-plejer tal-basketball Lebron James fir-raba’, stmat li qala’ 680 miljun; u fil-ħames post Roger Federer, stmat li qala’ 640 miljun dollaru.

Mis-sitt post sal-10 post, l-isportivi skont l-ordni tal-miljuni li ddepożitaw fil-kontijiet bankarji tagħhom huma l-plejers tal-golf Tiger Woods u Phil Meckilson, il-boxer Manny Paquiao, il-plejer tal-basketball Amerikan Kevin Durant u fl-10 post l-istilla tal-Formula 1 Lewis Hamilton.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Formula Wieħed, il-Finlandiż Kimi Raikkonen bil-karozza Alfa Romeo C39 fuq quddiem bl-aħjar ħin fit-tieni jum ta’ testijiet ta’ qabel l-istaġun f’Barcelona bl-aktar dawra veloċi f’minuta, sbatax punt żero disgħa wieħed…

Formula 1

Il-kostrutturi Williams nhedew il-karozza l-ġdida tagħhom hekk kif l-ex champions tad-dinja se jkunu qed jippruvaw jagħmlu qabża fil-kwalità wara l-aħħar staġun fallimentari li kellhom li fih spiċċaw fl-aħħar post. It-tim…

Olimpijadi TOKYO 2020

‘United by Emotion’ hu l-motto il-ġdid tal-Olimpjadi u l-Paraolimpjadi għal Tokjo 2020. Dan il-motto ġie żvelat f’ċerimonja li saret dalgħodu. L-għan tal-organizzaturi hu dak li jippruvaw iwasslu messaġġ ta’ diversità…

Formula 1

Il-Ferrari żvelaw il-karozza l-ġdida tagħhom għall-istaġun li ġej bl-isem ta’ SF 1000. Iċ-ċermonja saret fit-Teatro Valli, f’Reggio Emilia u bdiet b’diskors minn Louis Camilleri, Kap Eżekuttiv tal-Ferrari. Il-Ferrari se jkunu…

Aktar