Formula 1
Formula 1: Bottas jirbaħ il-Pole Position tal-Grand Prix ta’ Silverstone

Formula 1: Valtteri Bottas irnexielu jissorprendi lill-favorit Lewis Hamilton sabiex rebaħ il-Pole Position tal-Grand Prix ta’ Silverstone.

Bottas fuq Mercedes kellu ħin ta’ 0.006 aħjar minn Hamilton li se jibda bit-tieni post sabiex għada se jkunu żewġ karozzi tas-Silver Arrows fuq quddiem nett.

Segwew bit-tielet l-aħjar ħin Charles Leclerc fuq Ferrari u Max Verstappen fuq Red Bull bir-raba’ l-aħjar ħin. Fit-tielet filliera għada se jibdew Pierre Gasly fuq Red Bull u Sebastian Vettel fuq il-Ferrari l-oħra. Is-seba’ l-aħjar ħin irreġistraħ Daniel Ricciardo tar-Renault, segwew Lando Norris u Alex Albon fuq McLaren u Nico Hulkenberg bl-għaxar l-aħjar ħin.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Il-Grand Prix tal-Messiku ser jibqa’ fil-kalendarju tal-Formula 1 għat-tliet snin illi ġejjin wara li kien iffirmat kuntratt ġdid. L-isem tat-tellieqa ser jinbidel għal Mexico City Grand Prix mis-sena d-dieħla, fejn…

Formula 1

Lewis Hamilton rebaħ il-Grand Prix li saret illum fl-Ungerija. Din kienet is-seba’ rebħa ta’ Hamilton fl-istess ċirkwit fil-karriera tiegħu. It-tellieqa kienet waħda eċċittanti sal-aħħar b’Hamilton li rnexxielhu jmur fuq quddiem…

Formula 1

Max Verstappen ta’ Red Bull se jkun qed jitlaq mill-Pole Position tal-Grand Prix tal-Ungerija li se ssir għada l-Ħadd. Il-leader tal-klassifika tas-sewwieqa u tal-kostrutturi Lewis Hamilton se jkun qed jitlaq…

Formula 1

Fl-aħħar ġimgħat, saħħet Michael Schumacher qalbet għall-aħjar u qed isegwi l-kampjonat tal-Formula 1 minn fuq it-televiżjoni. Din l-aħbar żvelaha Jean Todt, ħabib intimu tal-Ġermaniż u l-imgħallem tiegħu fi żmien meta…

Aktar