Formula 1
Formula 1: Bottas jirbaħ is-Saturday Sprint iżda Verstappen se jitlaq mill-Pole Position

Valtteri Bottas rebaħ is-Saturday Sprint qabel il-Grand Prix ta’ għada li se ssir f’Monza, fl-Italja.

Dan wara li llum saret it-tieni Saturday Sprint fl-Istorja tal-Formula 1.

Minkejja dan se jkun Verstappen li jitlaq mill-Pole Position wara li Bottas irċieva penalty minħabba problema fil-magna u se jkun qed jitlaq mill-aħħar post.

Iċ-Champion tad-Dinja Lewis Hamilton se jkun qed jitlaq mill-ħames post.

Pierre Gasly kellu inċident u kraxxja mal-ewwel dawra.

Mit-tieni post se jitlaq Ricciardo u Norris jitlaq mit-tielet post.

Fis-sitt post wara Hamilton se jitilqu Leclerc u Sainz.

Il-Grand Prix ta’ għada tibda fit-3.00pm.

Miktub minn...
TVM Sport