Formula 1
Formula 1: Button sorpriż li Vettel mhux se jsuq aktar mal-Ferrari

L-ex Champion tad-Dinja tal-Formula 1, Jenson Button, qal li jinsab sorpriż ħafna u xxukkjat li Sebastian Vettel mhux se jsuq aktar mal-Ferrari.

Button qal li hi ġennata sħiħa jekk Vetttel tneħħa bil-pulit minn Ferrari stess.

Il-ġimgħa li għaddiet, il-Ferrari ħabbru li l-erba’ darbet Champion tad-Dinja se jkun qed jitlaq minn magħhom hekk kif jintemm l-istaġun.

Ftit jiem wara ħareġ li l-Ispanjol Carlos Sainz se jkun qed jieħu post Vettel.

Il-media Ġermaniża qalet li Vettel irrifjuta li jestendi l-kuntratt b’sena biss bi tnaqqis ta’ salarju.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Deċiżjoni iebsa dik taċ-Ċirkwit ta’ Zandvoort fl-Olanda hekk kif ittieħdet id-deċiżjoni li l-Grand Prix ta’ din is-sena jkun kanċellat. Oriġinalment bil-kriżi li ġabet magħha l-Pandemija tal-COVID-19, Liberty Media u l-organizaturi…

Formula 1

George Russell rebaħ it-tieni tellieqa virtwali tiegħu meta f’Monaco ħareġ rebbieħ quddiem Esteban Gutierrez u Charles Leclerc. Wara li Russell rebaħ il-pole position fix-xita, it-tellieqa bdiet b’diversi ħbit tal-karozzi, li…

Formula 1

It-timijiet tal-Formula 1 qablu dwar pakkett li se jkun qed inaqqas l-ispejjeż tagħhom sakemm id-dinja toħroġ mill-pandemija tal-coronavirus. Il-kostrutturi aċċettaw pjan biex inaqqsu l-budget tagħhom mix-xahar id-dieħel. Il-pjan ta’ tnaqqis…

Formula 1

Fernando Alonso jinsab lest biex jirritorna fil-Formula 1 mill-2021. Dan qalu l-Main Adviser tiegħu Flavio Briatore. Is-sit Ingliż tal-BBC qed jirraporta li s-sewwieq Spanjol ta’ 38 sena kellu diskussjonijiet ma’…

Aktar