Formula 1
Formula 1: Camilleri jikkonferma laqgħat bejn Elkann u Hamilton

Skont il-Kap Eżekuttiv tal-Ferrari Louis Camilleri, iċ-chairman John Elkann iltaqa’ mas-sewwieq Lewis Hamilton u għalkemm diġa’ tkellmu dwar li l-Brittaniku jingħaqad mal-Iscuderia, dawn it-taħdidiet għadhom prematuri. Skont rapporti mill-media Taljana, Elkann u Hamilton diġa’ ltaqgħu darbtejn matul din is-sena, b’Camilleri jagħmilha ċara li s’issa hu għadu ma ltaqax mas-sitt darbiet champion tal-Formula 1.

Il-Ferrari huma l-ewwel tim li ħabbru min ser ikunu s-sewwieqa għall-istaġun li ġej, fejn diġa’ kkonfermaw li Sebastien Vettel u Charles Leclerc ser ikunu s-sewwieqa tat-tim Taljan. Il-Ġermaniż għandu kuntratt li jiskadilu s-sena d-dieħla, filwaqt li l-Monegask għandu terminu itwal.

Bħalissa diversi timijiet qegħdin jippreparaw biex jiżvelaw is-sewwieqa tagħhom għall-istaġun 2020, bil-Mercedes għadhom inċerti anke mill-futur ta’ Toto Wolff, wara li spekulazzjonijiet qegħdin jgħidu li l-Awstrijak jista’ jilħaq chairman tal-Formula 1 minflok Chase Carey.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA