Formula 1: Charles Leclerc jirbaħ il-Grand Prix tal-Italja f’Monza

F1: Charles Leclerc irnexxielu jirbaħ it-tieni Grand Prix konsekuttiv hekk kif wara li l-ġimgħa l-oħra rebaħ il-Grand Prix tal-Belġju illum rebaħ il-Gran Prix tal-Italja li sar f’Monza.
Din kienet l-ewwel rebħa għall-Ferrari f’Monza wara buqqas ta’ 8 snin. Il-Ferrari l-oħra ta’ Sebastian Vettel li kien fl-ewwel pożizzjonijiet spinnja u kellu jmur għal-penalita’ ta’ 10 sekondi stop-and-go għaliex ġie dikjarat li għamel manuvra perikoluża. Meta kompla spiċċa eventwalment barra minn mal-ewwel għaxra.

Wara Charles Leclerc li rebaħ dan il-Grand Prix segwa fit-tieni post Valtteri Bottas fuq Mercedes u Lewis Hamilton ukoll fuq Mercedes fit-tielet post.
Ir-raba’ post irreġistraħ Daniel Ricciardo fuq Renault, bil-karozza Renault l-oħra ta’ Nico Hulkenberg fil-ħames post sabiex b’hekk it-team Franċiż jirreġistra l-aħjar riżultat sa mir-ritorn lura tagħhom fil-Formula 1.

Fis-sitt post spiċċa Alexander Albon fuq Red Bull, fis-seba’ post Sergio Perez tar-Racing Point, it-tmien post Max Verstappen fuq Red Bull, disa’ post għal Antonio Giovinazzi tal-Alfa Romeo u fl-għaxar post Lando Norris tal-McLaren.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Sport tal-Baħar

L-Arti Marzjali tat-Tai Chi f’Malta jidher li qiegħda ssir aktar popolari f’pajjiżna fejn nhar is-Sibt li għadda kienet organizzata l-ewwel attività ta’ din id-dixxiplina fl-ilma. It-Tai Chi Master Adrian Axisa flimkien…

Futbol internazzjonali

Il-captain ta’ Barcelona, Lionel Messi, huwa mistenni li jagħmel ir-ritorn tiegħu fit-tim Katalan fil-logħba tal-lejla kontra Borussia Dortmund. Messi għadu ma lagħabx logħba waħda ma’ Barcelona f’dan l-istaġun wara li…

Futbol internazzjonali

Torino 1  Lecce 2 Lecce ħadu l-ewwel rebħa tagħhom fis-Serie A f’dan l-istaġun meta marru għand Torino u rebħulhom bl-iskor ta’ 2-1. Kien Farias li fil-35 minuta poġġa lil Lecce…

Futbol internazzjonali

Il-Pulizija arrestaw 10 partitarji Ultras ta’ Juventus fuq suspetti li ppruvaw jordnaw lill-klabb Taljan biex jagħtihom biljetti b’xejn biex ibiegħhuhom f’kuntrabandu. Dan il-każ qed ikun meqjus bħala daqqa ta’ ħarta…

Aktar