Formula 1
Formula 1: Charles Leclerc jirbaħ il-Pole Postion tal-Grand Prix ta’ għada f’Baku

Charles Leclerc rebaħ il-Pole Postion tal-Grand Prix ta’ għada li se ssir f’Baku, fl-Ażerbajġan.

Il-kwalifikazzjoni tal-lum kellha diversi inċidenti u erba’ red flags.

Il-pole position tal-lum, anki jekk waslet b’xi ftit tas-sorpriża, kienet it-tieni waħda konsekuttiva għal Leclerc u l-Ferrari.

Lewis Hamilton ta’ Mercedes temm bit-tieni l-aħjar ħin u se jkun qed jitlaq mit-tieni post.

Max Verstappen fuq karozza Red Bull jitlaq mit-tielet post.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport