Formula 1
Formula 1: Charles Leclerc jirbaħ l-ewwel pole position fil-Bahrain

Charles Leclerc rebaħ l-ewwel pole position tal-karriera tiegħu fl-età ta’ 21 sena u 166 ġurnata meta fuq iċ-ċirkwit ta’ Bahrain issorprenda bil-karozza Ferrari. L-Iscuderia kienu b’saħħithom mill-provi tal-bieraħ, b’Leclerc ikun l-aktar veloċi fl-ewwel u fit-tielet provi liberi, kif ukoll fil-provi uffiċjali tal-lum. Leclerc għamel ħin ta’ minuta, 27.866 sekondi, b’Sebastien Vettel ser jibda mit-tieni post wara li kien 0.294 sekondi inqas veloċi minn sieħbu tal-istess tim. Dan iċ-ċirkwit mhuwiex il-favorit tal-Mercedes u fil-fatt batew sa mill-ewwel provi liberi, u fil-pole position kellhom jikkuntentaw bit-tielet u r-raba’ post. Lewis Hamilton ser jitlaq mit-tielet post, segwit mill-Finlandiż Valtteri Bottas. Max Vertsappen fuq ir-Red Bull u Kevin Magnussen fuq il-Haas għaqqdu l-ewwel sitta.

Il-Grand Prix tal-Bahrain għada tibda fil-17:10 (ħin ta’ Malta).

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Tħabbret il-mewt tal-ex sewwieq tal-Formula 1 Niki Lauda. Huwa miet fl-età ta’ 70 sena, xhur wara li sarlu trapjant tal-pulmun f’Awwissu tas-sena l-oħra. L-aħbar ħarġet ftit tas-sigħat ilu mit-tim tal-McLaren,…

Formula 1

F1: Ikompli d-dominju tal-Mercedes fil-ħames Grand Prix tal-istaġun hekk kif it-team Ġermaniż jirnexxielu jirreġistra one – two ieħor fejn għal ħames tellieqa konsekuttiva huma rnexxielhom jirbħu l-ewwel żewġ pożizzjonijiet. Kien…

Formula 1

Formula 1: Il-Mercedes reġgħu ddominaw ir-raba’ Grand Prix tal-istaġun meta fl-Ażerbajġan ħadu l-ewwel żewġ pożizzjoniiet. Kien Valtteri Bottas li spiċċa fl-ewwel post quddiem sieħbu tal-Mercedes il-Brittaniku Lewis Hamilton. B’din ir-rebħa…

Formula 1

Matul tmiem din il-ġimgħa ser issir il-Grand Prix tal-Ażerbajġan, bil-provi matul illum u għada, filwaqt li għada jsiru wkoll il-provi uffiċjali għall-Pole Position. Dan huwa wieħed mill-aktar ċirkwiti veloċi tal-Formula…

Aktar