Formula 1
Formula 1: Charles Leclerc pożittiv għall-COVID-19

Is-sewwieq tal-Ferrari Charles Leclerc ħabbar li f’test li għamel ilbieraħ ittestja pożittiv għall-COVID-19.

Leclerc qal li iżola lilu nnifsu fid-dar tiegħu f’Monaco.

Minkejja li pożittiv, is-sewwieq ta’ 23 sena qal li qed iħossu tajjeb.

Leclerc ma qalx minn fejn jaħseb li ħa l-virus iżda aktar kmieni dan ix-xahar kien f’Dubaj fuq viżita personali.

Leclerc huwa l-ħames sewwieq tal-Formula 1 li ttestja pożittiv għall-coronavirus.

Sadanittant Alpine F1 illum żvelaw il-karozza l-ġdida tagħhom. L-Alpine F1 sal-istaġun li għadda kienu taħt l-isem tar-Renault. Il-karozza l-ġdida jisimha A521.

Miktub minn...
TVM Sport