Formula 1
Formula 1: Dalwaqt ser jibda l-ittestjar fuq karozza b’tyres 18-inch

Ser ikunu tliet timijiet tal-Formula 1 li ser jipprovdu l-karozzi tagħhom lill-kumpanija Pirelli sabiex jippruvaw t-tures 18-inch għall-istaġun 2021. Skont Mario Isola, wieħed mid-diretturi tal-Pirelli, “jekk kollox imur kif ippjanat, l-ewwel testijiet tat-tyres il-ġodda jibdew f’nofs Settembru li ġej.”

Skont rapporti li ħerġin mill-Ġermanja, jidher li l-Ferrari, l-Mercedes u r-Renault ser ikunu qegħdin jipprovdu karozzi apposta sabiex isir l-ittestjar ta’ dawn it-tyres. It-tim tar-Red Bull ma jistgħux jipprovdu karozza huma, minħabba li fl-2018 kienu qegħdin isuqu b’magna Renault. Skont Isola, “dawn it-testijiet huma importanti ħafna, u jekk kemm-il darba timijiet iżgħar jixtiequ jipprovdu karozzi għall-ittestjar tat-tyres, inkunu kuntenti ħafna.”

Il-kumpanija Pirelli ser tkun qiegħda tibda b’riċerka bażika fuq dawn l-18-inch tyres, u għaldaqstant timijiet żgħar mhumiex mistennija li jipprovdu l-karozzi tagħhom f’dan l-istadju minħabba l-ispejjeż kbar involuti. Xorta waħda, Mario Isola qiegħed jittama li għallinqas ikun hemm seba’ timijiet li jipprovdu karozza għall-ittestjar u dan sabiex il-Pirelli jkollhom kampjuni li jkunu jistgħu jkomplu jibnu fuqhom, bi preparament għall-2021.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Fi tmiem din il-ġimgħa jsir il-Grand Prix ta’ Monaco fejn huwa mistenni li ser tingħata tislima xierqa mill-organizzaturi u s-sewwieqa lill-ex champion Niki Lauda li ħalla din id-dinja f’din l-istess…

Formula 1

Tħabbret il-mewt tal-ex sewwieq tal-Formula 1 Niki Lauda. Huwa miet fl-età ta’ 70 sena, xhur wara li sarlu trapjant tal-pulmun f’Awwissu tas-sena l-oħra. L-aħbar ħarġet ftit tas-sigħat ilu mit-tim tal-McLaren,…

Formula 1

F1: Ikompli d-dominju tal-Mercedes fil-ħames Grand Prix tal-istaġun hekk kif it-team Ġermaniż jirnexxielu jirreġistra one – two ieħor fejn għal ħames tellieqa konsekuttiva huma rnexxielhom jirbħu l-ewwel żewġ pożizzjonijiet. Kien…

Formula 1

Formula 1: Il-Mercedes reġgħu ddominaw ir-raba’ Grand Prix tal-istaġun meta fl-Ażerbajġan ħadu l-ewwel żewġ pożizzjoniiet. Kien Valtteri Bottas li spiċċa fl-ewwel post quddiem sieħbu tal-Mercedes il-Brittaniku Lewis Hamilton. B’din ir-rebħa…

Aktar