Formula 1
ARA: Formula 1 Esports – George Russell jirbaħ it-tieni tellieqa konsekuttiva

George Russell rebaħ it-tieni tellieqa virtwali tiegħu meta f’Monaco ħareġ rebbieħ quddiem Esteban Gutierrez u Charles Leclerc.

Wara li Russell rebaħ il-pole position fix-xita, it-tellieqa bdiet b’diversi ħbit tal-karozzi, li kieku dan kellu jsir fir-realtà, probabbli ħafna mill-karozzi kienu jispiċċaw barra. Fortunatament għas-sewwieqa l-ebda karozza ma ġarrbet ħsarat, ma kienx hemm il-bżonn tas-safety car u l-ebda penalità għaliex karoxxa baqgħet dieħla f’oħra.

U filwaqt li ċ-ċirkwit ta’ Monaco huma magħruf bħala wieħed diffiċilissmu biex is-sewwieqa jaqbżu lil xulxin, mhux l-istess jista’ jingħad għat-tellieqa virtwali, fejn ittieħdu sogri żejda li għamlu t-tellieqa isbaħ.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Lewis Hamilton rebaħ it-tieni Grand Prix tal-istaġun f’dominju assolut meta telaq mill-Pole Position u baqa’ fl-ewwel post sal-aħħar. Hamilton għamel ħin ta’ 1.22.50.683. It-tieni Grand Prix tal-istaġun saret fiċ-ċirkwit Red…

Formula 1

Formula 1: Illum saret is-sessjoni ta’ kwalifikazzjoni tat-tieni Grand Prix tal-istaġun 2020 fuq iċ-ċirkwit Red Bull Ring tal-Awstrija l-istess ċirkwit li fuqu sar l-ewwel Grand prix tal-istaġun il-ġimgħa l-oħra bid-differenza…

Formula 1

Il-Formula 1 ħabbru li t-tappi tal-Italja u r-Russja ddaħħlu fil-kalendarju ta’ din is-sena. Iċ-ċirkwiti ta’ Mugello u Sochi se jkun qed jinstaq Grand Prix fihom. F’Mugello, il-Grand Prix se ssir…

Formula 1

Fernando Alonso, l-Ispanjol darbtejn Champion tad-Dinja, se jirritorna fil-Formula 1 mill-istaġun li ġej baħala sewwieq tal-Formula 1. Alonso, darbtejn Champion tad-Dinja, se jagħlaq 39 sena dan ix-xahar. Alonso kien irtira…

Aktar