Motorsport
Formula 1: Estensjoni ta’ sentejn għaċ-ċirkwit t’Albert Park f’Melbourne

Il-Grand Prix Awstraljan ser jibqa’ jsir fuq iċ-ċirkwit t’Albert Park minn tal-inqas sal-2025. Dan iċ-ċirkwit dejjem kien l-ewwel wieħed li jiftaħ l-istaġun tal-Formula 1 sa mill-1996, biss fl-aħħar xhur kien hemm diskussjonijiet jekk l-ewwel tellieqa għandiex tibda ssir f’Adelaide, fejn fil-passat kienu jsiru t-tlielaq. Biss din il-possibilità żgur li mhijiex se sseħħ sa sitt snin oħra wara li d-diretturi taċ-ċirkwit ta’ Melbourne ffirmaw estensjoni fuq il-kuntratt għal sentejn oħra ma’ Liberty Media.

Skont id-diretturi ta’ Liberty Media, l-ewwel tellieqa tal-Formula 1 dejjem ġabet suċċess lill-belt kapitali Victoria, lill-Awstralja inġenerali u anke lill-isport innifsu minħabba l-popolarità kbira li kiseb fuq iċ-ċirkwit t’Albert Park matul is-snin.

Din l-estensjoni tħabbret ftit tal-jiem wara li kien ikkonfermat ftehim sabiex jibqgħu jsiru t-tlielaq f’Silverstone u huwa mistenni li fil-ġimgħat li ġejjin jiġu kkonfermati diversi tracks oħra li ser ikunu qegħdin jospitaw it-tlielaq tal-Formula 1.

L-ewwel tellieqa tal-istaġun 2020 ser issir f’Melbourne bejn it-12 u l-15 ta’ Marzu tas-sena d-dieħla. Din is-sena kien is-sewwieq tal-Mercedes Valtteri Bottas li rebaħ l-ewwel tellieqa tal-istaġun.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Il-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport tixtieq tifraħ lil Island Karting Club għall-inawgurazzjoni tal-korsa tal-karting f’Ħal Far. Il-Federazzjoni hija grata lejn kull min kien involut fosthom Infrastructure Malta għall-appoġġ tagħhom fit-tlestija ta ’din…

Motorsport

Iċ-Ċili se jkunu qed jospitaw l-ewwel tellieqa fil-kalendarju tal-Formula E, ‘the Santiago E-Prix’. L-ewwel tellieqa ssir fis-16 ta’ Jannar. Il-kampjonat itemm bl-aħħar Grand Prix f’Londra, f’Lulju. Il-line up tal-kalendarju kien…

Motorsport

Il-Malta Motorsport Federation ilha taħdem mill-qrib mal-FIA fuq inizjattiva ġodda specjalment f’dan iż-żmienijiet ta’ impatt tal-COVID-19, biex toħloq programm online ta’ taħriġ għas-sewwieqa żgħażagħ (YDP). Il-President tal-MMF, Tonio Cini, iddikjara…

Motorsport

Is-sewwieqa tal-Mercedes Lewis Hamilton u Valtteri Bottas irritornaw fuq iċ-ċirkwit ta’ Silverstone għall-ewwel darba minn Frar li għadda meta bdew it-taħriġ taħt protokolli ġodda. Is-sewwieqa bdew jitħarrġu b’restrizzjonijiet minħabba l-pandemija…

Aktar