Formula 1
Formula 1: Hamilton bl-aħjar ħin u jirbaħ il-Pole Position

Lewis Hamilton se jibda l-Grand Prix ta’ għada l-Ħadd fi Spanja mill-Pole Position wara li għamel ħin aħjar minn sieħbu l-ieħor tal-Mercedes Valterri Bottas.

Ir-rivali l-ieħor tal-Ferrari Sebastian Vettel għamel it-tielet l-aħjar ħin u se jkun qed jitlaq mit-tielet post.

Hamilton għamel l-aktar dawra veloċi f’ħin ta’ 1:16.173 u b’dan il-ħin waqqas is-sensiela ta’ tliet pole positions wara xulxin li s’issa kellu Vettel sa mill-bidu tal-istaġun.

Fir-raba’ post jitlaq Kimi Raikkonen fuq Ferrari, fil-ħames post Max Verstappen fuq Red Bull u fis-6 post Daniel Ricciardo fuq Red Bull ukoll.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Mick Schumacher, iben il-leġġenda Michael Schumacher, ingħaqad mal-akkademja tas-sewwieqa tal-Ferrari. Mick, ta’ 19-il sena, se jibda jsuq fl-ewwel staġun tiegħu fil-Formula 2, il-kategorija qabel dik tal-Formula 1. Mick Schumacher se…

Formula 1

Is-sena 2019 ma tantx bdiet bit-tajjeb għal Valtteri Bottas għaliex tilef l-isponsor ewlieni tiegħu Wihuri. Dan l-isponsor, immexxi mill-biljunarju Finalndiż Antti Aarnio-Wihuri ser jieqaf milli jissapportja lil Valtteri Bottas minħabba…

Formula 1

Il-Ferrari mistennija jneħħu lill-kap tagħhom Maurizio Arrivabene u lit-tekniku Mattia Binotti fis-sigħat li ġejjin. Dalgħodu, il-Gazzetta Dello Sport fl-Italja, irrapurtat li Arrivabene u Binotto se jitneħħew għax matul l-istaġun li…

Formula 1

Il-leġġenda tal-Formula 1 Michael Schumacher għada jagħlaq 50 sena: bil-familja tiegħu tgħid li se tiċċelebra s-suċċessi, ir-rekords, u l-ferħ tal-ex-sewwieq seba’ darbiet champon tad-dinja. Schumacher kien sofra ġrieħi gravi f’rasu…

Aktar