Formula 1
Formula 1: Hamilton b’tifħir għas-sewwieqa żgħażagħ

Iċ-Champion tad-Dinja tal-Formula 1 Lewis Hamilton qiegħed jagħmel minn kollox sabiex jibqa’ kemm jista’ jkun kompetittiv fl-istaġuni li ġejjin. Dan wara li l-bieraħ fil-Grand Prix tal-Brażil il-podium kien iddominat minn sewwieqa li għandhom 25 sena jew inqas.

L-Ingliż ta’ 34 sena qiegħed jirrealizza li bħalissa fil-Fromula 1 hemm mewġa ta’ demm żagħżugħ li jawgura tajjeb għas-snin li ġejjin. F’waħda mill-isbaħ tlielaq ta’ dan l-istaġun, Hamilton spiċċa fis-seba’ post wara li kien ippenalizzat ħames sekondi f’inċident li kellu mas-sewwieq ta’ Red Bull Alexander Albon. Hamilton kompla billi faħħar lis-sewwieqa żgħażagħ fosthom lir-rebbieħ tal-bieraħ Max Verstappen li fi kliem Hamilton stess dejjem kien mas-sewwieqa fil-ġlieda għar-rebħ tal-kampjonat. Ir-rebbieħ ta’ sitt kampjonati żied it-tifħir tiegħu lejn is-sewwieqa Alexander Albon u Pierre Gasly.

Albon kellu staġun pożittiv fejn f’nofs staġun bidel it-tim fejn minn mat-Toro Rosso huwa inaqgħad mar-Red Bull u kien fil-qrib li jikseb għall-ewwel darba post fuq l-podium iżda sfortunatament spiċċa fl-erbatax -il post wara inċident ma’ Lewis Hamilton. Is-sewwieq tat-Toro Rosso Pierre Gasly spiċċa fit-tieni post wara li rnexxielu jidħol ftit sekondi qabel l-istess Hamilton.

Hamilton temm billi rrikonoxxa li l-istaġun li jmiss mistenni jkun wieħed ferm kompetittiv, bis-sewwieq Ingliż jemmen li se jkun hemm bejn tlieta u erba’ timijiet li se jikkompetu għar-rebħ tat-titlu.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Olimpijadi TOKYO 2020

Bi tħejjija għall-Olimpijadi tas-sena d-dieħla, l-Ġappun wettqu test tas-sigurta’ fl-istazzjon ta’ Tokyo permezz ta’ klieb tas-sigurta’. Waqt it-test fejn l-uffiċjali ddiskrivewh bħala test ta’ sigurta kontra t-terroriżmu twaqqfu diversi nies…

Olimpijadi TOKYO 2020

L-organizzaturi tal-Olimpjadi ta’ Tokyo ppreżentaw replika tas-satellita li ser tintuża’ matul il-logħob tas-sajf li ġej. Is-satelitta, li magħha għandha minjaturi l-karattri ‘Mobile Suit Gundam’ u ‘Char’s Zaku’ kiienet żviluppata flimkien…

Formula 1

Il-prinċipal tal-Ferrari Mattia Binotto stqarr li Charles Leclerc u Sebastian Vettel se jittħallew jikkompetu bejniethom fl-istaġun li ġej, l-istess mod kif spiċċaw dan l-istaġun. Binotto ddeskriva l-istaġun li kellu Leclerc…

Formula 1

Mattia Binotto qal li għadu kmieni wisq biex wieħed jgħid jekk Lewis Hamilton huwiex ser ikun mal-Ferrari fl-2021. Jidher li wara l-aħħar tellieqa tal-istaġun 2019 f’Abu Dhabi, id-diskors kien kollu…

Aktar