Formula 1
Formula 1: Hamilton iżid il-vantaġġ f’ras il-klassifika għal 40 punt

Lewis Hamilton rebaħ il-Grand Prix tal-lum f’Singapore biex żied il-vantaġġ tiegħu f’ras il-klassifika tas-sewwieqa tal-kampjonat mondjali għal 40 punt fuq Sebastian Vettel ta’ Ferrari.

Hamilton baqa’ kalm u konsistenti sal-aħħar tat-tellieqa biex żamm l-ewwel post u għadda lil Max Verstappen ta’ Red Bull.

Din kienet id-69 rebħa fil-karriera ta’ Lewis Hamilton fil-Formula 1.

Vettel spiċċa fit-tielet post, b’Valtteri Bottas fuq Mercedes li daħal fir-raba’ post.

Il-karozza l-oħra tal-Ferrari misjuqa minn Kimi Raikkonen temmet fil-ħames post u fis-sitt post daħal Daniel Ricciardo fuq Red Bull.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Skont l-eks President tal-Ferrari, Luca di Montezemelo, li kieku Lewis Hamilton kien qiegħed isuq mal-Ferrari, allura l-Kampjonat tal-Kostrutturi tal-2018 kienet tirbħu l-iScuderia. Filwaqt li qal li l-Brittaniku kien ħaqqu li…

Formula 1

Żgur li s-segwaċi tal-Formula 1 jiftakru meta ftit tas-snin ilu, l-aħwa Schumacher kienu jtellqu ma’ timijiet differenti. Kien evidenti li Ralf Schumacher ma kienx tajjeb daqs ħuh Michael, imma l-Ġermaniż…

Formula 1

Is-sewwieq Spanjol tal-Formula 1 Fernando Alonso ser ikun qiegħed itellaq l-aħħar tellieqa tiegħu l-Ħadd li ġej f’Abu-Dhabi, imma t-tim tal-McLaren mhuwiex qiegħed jaqta’ qalbu li xi darba jerġa’ jirritorna. Fl-età…

Formula 1

Is-sewwieqa Ġermaniza tal-Formula 3, Sophia Floersch, weġġgħet serjament ix-xewka ta’ dahrha wara inċident ikrah waqt il-Grand Prix famuż ta’ Macau. Is-sewwieqa tat-tim Van Amersfoort, tilfet il-kontroll tal-karozza hi u diehla…

Aktar