Formula 1
Formula 1: Hamilton jirbaħ il-Grand Prix ta’ Silverstone b’puncture fl-aħħar lap

Bidu u tmiem spettakolari fir-raba’ Grand Prix tal-istaġun tal-Formula 1 fuq iċ-ċirkwit ta’ Silverstone fl-Ingilterra hekk kif Lewis Hamilton reġa’ ddomina iżda t-team Mercedes irriskjaw bil-kbir hekk kif is-sewwieq Brittaniku sofra puncture dawra mit-tmiem meta kien qed jillidja u xorta saq fuqu b’riskju kbir li jitlef il-kontroll tal-karozza. Minkejja dan iżda rnexxielu jwassal il-karozza sal-linja finali bid-distakk kważi donnu tilfu kollu hekk kif warajh fit-tieni post kien donnu rkupra Max Verstappen fuq Red Bull.

Il-ġurnata minn filgħodu turik hekk kif mill-ewwel żewġ laps kellna indikazzjoni li kien se jkollna Grand Prix entużjasmanti b’diversi inċidenti u overtakings.

Wara l-ewwel lap kellna s-safety car minħabba impatt bil-karozza Hass ta’ Magnussen li spicca barra bis-safey car terġa’ jkollha toħroġ iktar tard minħabba li tilef il-kontroll Daniil Kvyat f’lap numru 23.

Il-Mercedes f’dan il-Grand Prix reġgħu kienu fi klassi għalihom b’Bottas dejjem fit-tieni post wara Hamilton sakemm żewġ laps mit-tmiem puncture fir-rota tax-xellug ta’ quddiem għal Bottas u dan b’xi mod jew ieħor jidħol fil-pits iżda meta reġa’ ħareġ ma sabx ħin jidħol mal-ewwel għaxra u ma ħa ebda punt fil-klassifika.

Il-Ferrari inġabru permezz ta’ Charles Leclerc bit-tieni podium personali f’erba’ Grand Prix hekk kif dan daħal fit-tielet post wara l-puncture ta’ Bottas u tela’ post.

Fir-raba’ post daħal Daniel Ricciardo fuq ir-Renault u fil-ħames post il-Brittaniku Lando Norris fuq McLaren.

Is-sitt post għal Esteban Ocon fuq ir-Renault l-oħra u s-seba’ post għal Pierre Gasly fuq Alha Tauri. Fit-tmien post daħal Alex Albon fuq Red Bull bl-aħħar punti ħaduhom Lance Stroll fuq Racing Point u Sebestian vettel fuq Ferrari bl-għaxar post ħa punt biss.

Fil-klassifika tas-sewwieqa issa Hamilton jibqa’ l-ewwel bi 88 punt, segwit minn Bottas b’58 punt u Max Verstappen bi 52 punt. Fil-klassifika tal-kostrutturi l-ewwel il-Mercedes 146 punt, ir-Red Bull 78 punt u l-McLaren b’50 punt.

Il-Grand Prix li jmiss isir jerġa’ f’Silverstone nhar il-Ħadd li ġej 9 ta’ Awwissu.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Formula 1: Iċ-champion renjanti Lewis Hamilton u leader tal-klassifika tas-sewwiqa sa issa dan l-istaġun kiseb it-tielet pole position f’dan l-istaġun fil-Grand Prix tar-Renju Unit li se jsir għada fuq iċ-ċirkwit…

Formula 1

It-tim tal-Formula 1 Racing Point ħabbru li s-sewwieq tagħhom Sergio Perez mhuwiex ser jieħu sehem fil-Grand Prix tal-Ingilterra li ser isir fi tmiem din il-ġimgħa. Perez u xi mekkaniċi mit-tim…

Formula 1

Iċ-Chairman tal-Ferrari John Elkann qal li mhux jistenna li l-Ferrari jkunu kompetittivi qabel l-2022. Elkann qal li għandu fiduċja sħiħa fil-prinċipal tat-tim Mattia Binotto, anki wara bidu ta’ staġun diffiċli….

Formula 1

Għal dan l-istaġun mhu se ssir l-ebda tellieqa fl-Istati Uniti. Dan wara li l-organizzaturi tal-Formula 1 neħħew it-tappi kollha minn fuq il-kalendarju annwali minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Biex jibbalanċjaw il-kalendarju bl-istess…

Aktar