Formula 1
Formula 1: Hamilton jirbaħ il-Pole Position għal Grand Prix tal-Ħadd f’Silverstone

Formula 1: Iċ-champion renjanti Lewis Hamilton u leader tal-klassifika tas-sewwiqa sa issa dan l-istaġun kiseb it-tielet pole position f’dan l-istaġun fil-Grand Prix tar-Renju Unit li se jsir għada fuq iċ-ċirkwit ta’ Silverstone. Din il-Pole Position ta’ Hamilton kienet il-91 pole fil-karriera tiegħu.

It-tieni l-aħjar ħin illum irreġistraħ Valtteri Bottas fuq Mercedes ukoll li se jibda mill-ewwel filliera mal-Mercedes ta’ Hamilton.

Fit-tieni filliera għada se jibdew Max Verstappen – Red Bull u Charles Leclerc – Ferrari li rreġistraw it-tielet u r-raba’ l-aħjar ħin fi Q3.
Segwew Lano Norris – McLaren, Lance Stroll – Racing Point, Carlos Sainz – Mc Laren, Daniel Ricciardo – Renault, Esteban Ocon – Renault, u Sebastian Vettel – Ferrari li rreġistra l-10 l-aħjar ħin.

 

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Max Verstappen sar l-ewwel sewwieq li mhux tal-Mercedes li rebaħ Grand Prix fl-2020. Is-sewwieq ta’ Red Bull rebaħ fiċ-ċirkwiet ta’ 70th Anniversary u kien segwiet minn Lewis Hamilton u Valtteri…

Formula 1

Formula 1: Il-Finlandiż Valterri Bottas fuq Mercedes se jkun qed jibda mill-ewwel filliera fil-Grand Prix tal-Ħadd li se jerġa’ jsir fiċ-ċikwit ta’ Silverstone fl-Ingilterra għat-tieni ġimgħa konsekuttiva. Bottas kellu l-aħħar…

International Sports

Il-Grand Prix tal-Ħadd li ġej f’Silverstone se jkun Grand Prix speċjali għaliex se jkun qed ifakkar is-70 anniversarju tal-ewwel Grand Prix fl-istorja li kien sar propju f’Silverstone fit-13 ta’ Mejju…

Formula 1

Bidu u tmiem spettakolari fir-raba’ Grand Prix tal-istaġun tal-Formula 1 fuq iċ-ċirkwit ta’ Silverstone fl-Ingilterra hekk kif Lewis Hamilton reġa’ ddomina iżda t-team Mercedes irriskjaw bil-kbir hekk kif is-sewwieq Brittaniku…

Aktar