Formula 1
Formula 1: Hamilton u l-Mercedes fil-Pole Position fil-Grand Prix ta’ Singapore

Lewis Hamilton u l-Mercedes reġgħu għamlu l-aħjar ħin fil-provi uffiċjali biex għada l-Ħadd se jitilqu mill-Pole Position tal-Grand Prix ta’ Singapore.

L-Ingliż, li jinsab 30 punt vantaġġ fuq Sebastian Vettel, b’seba’ Grand Prix’s fil-kalendarju, għamel l-aħjar ħin ta’ 1:36:015 biex rebaħ id-79 pole position fil-karriera.

Fit-tieni post se jkun qed jitlaq is-sewwieq ta’ Red Bull Max Verstappen b’Kimi Raikkonen ta’ Ferrari jitlaq mit-tielet post.

Il-karozza l-oħra tal-Ferrari misjuqa minn Kimi Raikkonen se tkun qed titlaq mill-ħames pożizzjoni

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Lewis Hamilton kiseb rebħa oħra biex kompla jsaħħaħ l-ewwel post fil-klassifika tal-Formula 1, liema rebħa fiċ-ċirkwit ta’ Monaco huwa ddedika liċ-Chairman mhux eżekuttiv tal-Mercedes Niki Lauda, li miet nhar it-Tnejn…

Formula 1

Lewis Hamilton se jibda mill-pole għall-Grand Prix tal-F1 f’Monaco llum wara li għeleb lil sieħbu tal-Mercedes b’0.086 ta’ sekonda fl-aħħar dawra tal-kwalifiki. Mit-tielet post jitlaq Max Verstappen fuq Red Bull,…

Formula 1

Fi tmiem din il-ġimgħa jsir il-Grand Prix ta’ Monaco fejn huwa mistenni li ser tingħata tislima xierqa mill-organizzaturi u s-sewwieqa lill-ex champion Niki Lauda li ħalla din id-dinja f’din l-istess…

Formula 1

Tħabbret il-mewt tal-ex sewwieq tal-Formula 1 Niki Lauda. Huwa miet fl-età ta’ 70 sena, xhur wara li sarlu trapjant tal-pulmun f’Awwissu tas-sena l-oħra. L-aħbar ħarġet ftit tas-sigħat ilu mit-tim tal-McLaren,…

Aktar