Formula 1
Formula 1: Iben Michael Schumacher jingħaqad ma’ Ferrari

Mick Schumacher, iben il-leġġenda Michael Schumacher, ingħaqad mal-akkademja tas-sewwieqa tal-Ferrari.

Mick, ta’ 19-il sena, se jibda jsuq fl-ewwel staġun tiegħu fil-Formula 2, il-kategorija qabel dik tal-Formula 1.

Mick Schumacher se jkollu żewġt itlielaq ta’ prova ma’ Ferrari f’dan l-istaġun.

Missieru Michael, kien rebaħ ħames Kampjonati Mondjali ma’ Ferrari.

Hu ilu ma jidher fil-pubbliku minn meta kellu inċident fl-Alpi Franċiżi bl-iskii lura f’Diċembru 2013.

Michael Schumacher għalaq 50 sena ftit jiem ilu.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Lewis Hamilton rebaħ is-sitt Grand Prix tal-Ingilterra li saret illum f’Silverstone. Hamilton mar quddiem wara ftit laps. Kienet Valterri Bottas li mar fuq quddiem mal-ħruġ tat-tellieqa iżda spiċċa fit-tieni post…

Formula 1

Formula 1: Valtteri Bottas irnexielu jissorprendi lill-favorit Lewis Hamilton sabiex rebaħ il-Pole Position tal-Grand Prix ta’ Silverstone. Bottas fuq Mercedes kellu ħin ta’ 0.006 aħjar minn Hamilton li se jibda…

Formula 1

Iċ-ċirkwit ta’ Silverstone se jibqa’ parti mill-kalendarju tal-Formula 1 għal mill-inqas ħames snin oħra. Dan wara li l-Formula 1 uffiċjalment ħabbru li kien intlaħaq dan il-ftehim. Iċ-ċirkwit kien fid-dubju jkunx…

Formula 1

Il-Grand Prix ta’ Silverstone ser jibqa’ jsir għall-ħames snin li ġejjin. Din l-aħbar ingħatat mill-Formula 1 wara li ntlaħaq qbil dwar pakkett finanzjarju sabiex tibqa’ ssir it-tellieqa fl-Ingilterra. Sentejn ilu…

Aktar