
Iċ-ċirkwit ta’ Silverstone se jibqa’ parti mill-kalendarju tal-Formula 1 għal mill-inqas ħames snin oħra.
Dan wara li l-Formula 1 uffiċjalment ħabbru li kien intlaħaq dan il-ftehim.
Iċ-ċirkwit kien fid-dubju jkunx parti mill-kalendarju tal-Formula 1 fil-futur sa mill-2017 minħabba ċifri għoljin ta’ flus, iżda fl-aħħar xhur intlaħaq ftehim mal-British Racing Drivers Club.
Iċ-ċirkwit ta’ Silverstone intuża għall-ewwel darba fl-1950 u se jibqa’ fil-kalendarju tal-Formula 1 sal-2024.
L-Ingilterra u l-Italja huma l-uniċi żewġ pajjiżi li dejjem kellhom ċirkwit fejn jospitaw tellieqa tal-Formula 1 sa minn 69 sena ilu.
Skont il-Kap Eżekuttiv tal-Ferrari Louis Camilleri, iċ-chairman John Elkann iltaqa’ mas-sewwieq Lewis Hamilton u għalkemm diġa’ tkellmu dwar li l-Brittaniku jingħaqad mal-Iscuderia, dawn it-taħdidiet għadhom prematuri. Skont rapporti mill-media Taljana,…
Fit-trakka ta’ Valencia ċ-Champion tal-Formula 1 Lewis Hamilton u l-leġġenda tal-MotoGP Valentino Rossi partu l-irwol tagħhom . Għall-ewwel darba Lewis Hamilton saq il-mutur tas-seba’ darbiet Champion tal-MotoGP filwaqt li għal…
Il-prinċipal tal-Ferrari Mattia Binotto stqarr li Charles Leclerc u Sebastian Vettel se jittħallew jikkompetu bejniethom fl-istaġun li ġej, l-istess mod kif spiċċaw dan l-istaġun. Binotto ddeskriva l-istaġun li kellu Leclerc…
Mattia Binotto qal li għadu kmieni wisq biex wieħed jgħid jekk Lewis Hamilton huwiex ser ikun mal-Ferrari fl-2021. Jidher li wara l-aħħar tellieqa tal-istaġun 2019 f’Abu Dhabi, id-diskors kien kollu…