Formula 1
Formula 1: Iffirmat kuntratt ġdid għat-tlielaq f’Silverstone sal-2024

Il-Grand Prix ta’ Silverstone ser jibqa’ jsir għall-ħames snin li ġejjin. Din l-aħbar ingħatat mill-Formula 1 wara li ntlaħaq qbil dwar pakkett finanzjarju sabiex tibqa’ ssir it-tellieqa fl-Ingilterra. Sentejn ilu kien beda jberraq wara li permezz ta’ klawsola fil-kuntratt preżenti, ta’ din is-sena kienet se tkun l-aħħar Grand Prix fuq dan iċ-ċirkwit għalissa. Dan wara li l-British Racing Drivers’ Club (BRDC) li jieħu ħsieb iċ-ċirkwit beda jisħaq li l-kuntratt li kienu ffirmaw ma’ Bernie Ecclestone ma kienx għadu finanzjarment viabbli minħabba l-ispejjeż li ta’ kull sena kienu qegħdin jiżdiedu.

Kien propju f’Silverstone li saret l-ewwel tellieqa tal-Formula 1 lura għall-1950, u wara 69 sena t-tlielaq ser jibqgħu jsiru minn tal-inqas sal-2024. Sal-lum il-ġurnata huma biss l-Ingilterra u l-Italja li staġun wara l-ieħor dejjem kienu parti mill-kampjonat tal-Formula 1. U għalkemm il-kuntratt mal-Italja ser jiskadi, biss diġa’ jidher li hemm qbil fil-prinċipju sabiex isir kuntratt ġdid għaċ-ċirkwit ta’ Monza, bl-attenzjoni issa tintefa’ fuq Spanja, il-Ġermanja u l-Messiku li għad m’għandhomx kuntratti għas-sena d-dieħla.

Fl-istaġun illi ġej ser ikun hemm żewġ ċirkwiti ġodda, tellieqa fit-toroq tal-Vjetnam u l-Grand Prix tal-Olanda f’Zandvoort.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Skond rapporti fil-media l-ex sewwieq tal-Formula 1 Michael Schumacher iddaħħal fi Sptar f’Pariġi dan sabiex isirlu trattament mediku sigriet. Schumacher li għalaq 50 sena fit-3 ta’ Jannar ilu ma’ jidher…

Formula 1

F1: Is-sewwieq żagħżugħ ta’ 21 sena Charles Leclerc paxxa lill-ferraristi bl-ewwel rebħa tal-kampjonat 2019 hekk kif rebaħ il-Grand Prix tal-Belġju fi Spa Francochamps. Din kienet ukoll l-ewwel rebħa fil-karriera għas-sewwieq…

Formula 1

Charles Leclerc ser jibda mill-pole position fil-Grand Prix t’għada fi Spa Francorchamps dan wara lil sieħbu Sebastian Vettel 0.738 sekondi li ser jibda mit-tieni post. Mit-tielet posizzjoni ser jibda l-Brittaniku…

Formula 1

Il-Grand Prix tal-Messiku ser jibqa’ fil-kalendarju tal-Formula 1 għat-tliet snin illi ġejjin wara li kien iffirmat kuntratt ġdid. L-isem tat-tellieqa ser jinbidel għal Mexico City Grand Prix mis-sena d-dieħla, fejn…

Aktar