Formula 1
Formula 1: Ikkanċellata l-Grand Prix tal-Vjetnam

L-ewwel Grand Prix fl-Istorja li kellha ssir fil-Vjetnam ġiet ikkanċellata minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

Kienu l-organizzaturi li għamlu din l-aħbar uffiċjali.

Il-Grand Prix fil-Vjetnam kienet skedata li ssir f’April fit-toroq ta’ Hanoi u kienet se tkun it-tielet tellieqa tal-istaġun.

F’Marzu li għadda, din il-Grand prix kienet diġà taħt theddida li tista’ titneħħa mill-kalendarju.

Il-Ministeru tas-Saħħa fil-Vjetnam ikkonferma 1,110 każ pożittiv ta’ coronavirus b’35 mewt fil-pajjiż.

F’Awwissu li għadda, il-Formula 1 ikkaċellaw il-Grand Prix li kellha ssir fiċ-Ċina filwaqt li żiedu erbat itlielaq oħra fit-Turkija, tnejn fil-Bahrain u oħra f’Abu Dhabi.

Miktub minn...
TVM Sport