Formula 1
Formula 1: Il-Ferrari mistennija jneħħu lill-kap tagħhom Maurizio Arrivabene u lit-tekniku Mattia Binotti

Il-Ferrari mistennija jneħħu lill-kap tagħhom Maurizio Arrivabene u lit-tekniku Mattia Binotti fis-sigħat li ġejjin.

Dalgħodu, il-Gazzetta Dello Sport fl-Italja, irrapurtat li Arrivabene u Binotto se jitneħħew għax matul l-istaġun li għaddew fallew fil-missjoni li kellhom Ferrari li jirbħu xi unuri.

Madankollu, kelliemi tal-Ferrari qal li kien għadu mhux mgħarraf bis-sitwazzjoni.

Fl-istaġun li għadda, il-Ferrari rebħu sitta minn 21 tellieqa fil-kalendarju tal-Grand Prix u kienu anki biċ-ċnas li jirbħu l-kampjonat mondjaloi sakemm il-Mercedes qabżuhom u baqgħu sejrin sal-aħħar biex rebħu l-kampjonat mondjali tas-sewwieqa u tal-kostrutturi għall-ħames sena wara l-oħra.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Formula Wieħed, il-Finlandiż Kimi Raikkonen bil-karozza Alfa Romeo C39 fuq quddiem bl-aħjar ħin fit-tieni jum ta’ testijiet ta’ qabel l-istaġun f’Barcelona bl-aktar dawra veloċi f’minuta, sbatax punt żero disgħa wieħed…

Formula 1

Il-kostrutturi Williams nhedew il-karozza l-ġdida tagħhom hekk kif l-ex champions tad-dinja se jkunu qed jippruvaw jagħmlu qabża fil-kwalità wara l-aħħar staġun fallimentari li kellhom li fih spiċċaw fl-aħħar post. It-tim…

Formula 1

Il-Ferrari żvelaw il-karozza l-ġdida tagħhom għall-istaġun li ġej bl-isem ta’ SF 1000. Iċ-ċermonja saret fit-Teatro Valli, f’Reggio Emilia u bdiet b’diskors minn Louis Camilleri, Kap Eżekuttiv tal-Ferrari. Il-Ferrari se jkunu…

Formula 1

L-Awtoritajiet tal-isport f’Shanghai rrikomandaw is-sospensjoni tal-attivitajiet sportivi kollha tal-pajjiż minħabba l-marda tal-coronavirus. L-awtoritajiet komplew jitfgħu aktar dubji dwar il-Grand Prix fiċ-Ċina u jekk jaqbilx li ssir jew le. Ir-raba’ Grand…

Aktar