Formula 1
Formula 1: Il-Grand Prix ta’ Singapore kkanċellata mill-kalendarju tal-Formula 1

Il-Grand Prix ta’ Singapore ġiet ikkanċellata mill-kalendarju tal-Formula 1 għat-tieni sena konsekuttiva minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

Din l-aħbar tawha l-organizzaturi tat-tellieqa.

Iktar kmieni, l-istazzjonijiet BBC u SKY fl-Ingilterra kienu diġà rrapurtaw li l-Grand Prix li kellha ssir mal-iljieli ta’ bejn l-1 u t-3 ta’ Ottubru fiċ-ċirkwiet Marina Bay, se tkun qed titneħħa mill-kalendarju.

It-tellieqa tiġbed lejha eluf kbar ta’ partitarji minn madwar id-dinja b’diversi kunċerti li jiġu organizzati fil-viċinanzi fl-istess jiem.

 

Miktub minn...
TVM Sport