Formula 1
Formula 1: Il-Grand Prix tal-Ażerbajġan matul tmiem din il-ġimgħa

Matul tmiem din il-ġimgħa ser issir il-Grand Prix tal-Ażerbajġan, bil-provi matul illum u għada, filwaqt li għada jsiru wkoll il-provi uffiċjali għall-Pole Position. Dan huwa wieħed mill-aktar ċirkwiti veloċi tal-Formula 1, u din ser tkun it-tielet sena li ser isir dan il-Grand Prix fl-Ażerbajġan. Biss din is-sena hija l-ewwel darba li dan il-Grand Prix qiegħed isir f’April, għax fis-sentejn ta’ qabel sar f’Ġunju, xi ħaġa li l-organizzaturi kienu jippreferu, tant li diġa’ bdew diskussjonijiet sabiex it-tellieqa fl-Ażerbajġan terġa’ titmexxa għal nofs is-sena.

Żgur li l-attenzjoni prinċipali ser tkun fuq il-Mercedes u l-Ferrari li wara biss tlett itlielaq diġa’ bdew jinqatgħu għalihom waħedhom fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika. Fil-preżent, il-koppja tal-Mercedes ta’ Lewis Hamilton u Valtteri Bottas diġa’ jinsabu fl-ewwel żewġ postijiet tal-klassifika, b’tal-ewwel għandu 68 punt u l-Finlandiż bi 62 punt. Max Verstappen tar-Red Bull jinsab fit-tielet post b’39 punt, filwaqt li Vettel diġa’ jinsab maqtugħ 31 punt minn Hamilton fir-raba’ post.

Fil-klassifika tal-kostrutturi, il-Mercedes għandhom 130 punt, segwiti mill-Ferrari bi 73 punt u fit-tielet post ir-Red Bull b’52 punt.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Lewis Hamilton rebaħ is-sitt Grand Prix tal-Ingilterra li saret illum f’Silverstone. Hamilton mar quddiem wara ftit laps. Kienet Valterri Bottas li mar fuq quddiem mal-ħruġ tat-tellieqa iżda spiċċa fit-tieni post…

Formula 1

Formula 1: Valtteri Bottas irnexielu jissorprendi lill-favorit Lewis Hamilton sabiex rebaħ il-Pole Position tal-Grand Prix ta’ Silverstone. Bottas fuq Mercedes kellu ħin ta’ 0.006 aħjar minn Hamilton li se jibda…

Formula 1

Iċ-ċirkwit ta’ Silverstone se jibqa’ parti mill-kalendarju tal-Formula 1 għal mill-inqas ħames snin oħra. Dan wara li l-Formula 1 uffiċjalment ħabbru li kien intlaħaq dan il-ftehim. Iċ-ċirkwit kien fid-dubju jkunx…

Formula 1

Il-Grand Prix ta’ Silverstone ser jibqa’ jsir għall-ħames snin li ġejjin. Din l-aħbar ingħatat mill-Formula 1 wara li ntlaħaq qbil dwar pakkett finanzjarju sabiex tibqa’ ssir it-tellieqa fl-Ingilterra. Sentejn ilu…

Aktar