Formula 1
Formula 1 – Il-Haas jippreżentaw il-karozza l-ġdida tagħhom

It-tim tal-Formula 1, Haas, ippreżenta l-karozza l-ġdida tiegħu għall-istaġun 2021. Interessanti kif dan it-tim bit-tmexxija Amerikana, poġġa kuluri tal-bandiera Russa mal-karozza li ser ittellaq f’dan l-istaġun. Dan jista’ jkun dovut għall-fatt li missier is-sewwieq Nikita Mazepin għandu sehem qawwi f’dan it-tim, li ser jinkludi wkoll lis-sewwieq novell Mick Schumacher, iben il-leġġenda Michael.

Fl-istaġun li għadda l-Haas spiċċaw fid-disa’ post tal-klassifika, u għal dan l-istaġun ser jerġgħu jikkompetu bil-magna Ferrari.

Il-karozza ser tiġri għall-ewwel darba l-ġimgħa d-dieħla, fit-12 tax-xahar fil-Bahrain, qabel jibda l-istaġun fit-28 ta’ Marzu.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA