Formula 1
Formula 1: Il-karozza Red Bull għall-wiri f’Satin fil-Messiku

Bi ftit ġimgħat li fadal għar-ritorn tal-Grand Prix tal-Messiku, replika tal-karozza Red Bull kienet għall-wiri tal-pubbliku fil-belt ta’ Satin.

Satin fil-Messiku hija belt popolari ħafna għall-bejgħ tal-frott u l-ħaxix.

Il-karozza hija repplika perfetta għal dik li jsuq Sergio Perez.

Eluf ta’ persuna qagħdu fil-kjuwijiet kbar biex jaraw il-mudell ta’ din il-karozza.

Il-Messiku kien reġa’ lura fil-kalendarju tal-Formula 1 fl-2015 wara nuqqas ta’ 23 sena iżda matul is-sena li għaddiet, il-Grand Prix ma saritx fil-pajjiż minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

It-tellieqa fiċ-ċirkwiet Hermanos Rodriguez issir fil-31 ta’ Ottubru li ġej.

Miktub minn...
TVM Sport