Formula 1
Formula 1: Il-pole position posposta għall-Ħadd minħabba t-tifun Hagibis

It-tifun Hagibis m’affettwax biss it-Tazza tad-Dinja tar-Rugby imma anke l-Fornula 1. Sa mill-bidu tal-ġimgħa, it-temp kien wieħed mill-aktar fatturi li tkellmu dwaru l-mekkaniċi u s-sewwieqa, u tant li l-Ġimgħa filgħodu ħarġet l-aħbar li t-track ta’ Suzuka mhijiex ser tintuża’ matul il-ġurnata tas-Sibt. Il-provi li kellhom isiru kif ukoll il-pole position ġew posposti għall-ġurnata tal-Ħadd. Dan ifisser li l-pole position ser issir il-Ħadd bejn it-03:00 u l-04:00 (ħin ta’ Malta) filwaqt li fis-07:10 tibda t-tellieqa.

Skont it-tbassir tat-temp jidher li t-tifun Hagibis ser jgħaddi minn fuq iċ-ċirkwit matul il-ġurnata tas-Sibt, u sal-Ħadd huwa mistenni li t-temp ikun ikkalma. It-tielet sessjoni ta’ provi liberi li suppost kellha ssir is-Sibt ġiet ikkanċellata. Din hija t-tielet darba li l-pole position kellha titmexxa għall-ġurnata tat-tellieqa fil-Ġappun, fl-2004 u l-2010. Ir-raġuni dejjem kienet minħabba xi tifun li jkun qed jolqot lill-pajjiż. L-organizzaturi tat-tellieqa appellaw sabiex ħadd ma jersaq qrib iċ-ċirkwit matul il-ġurnata tas-Sibt għaliex ser ikun magħluq għal kulħadd.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Il-Ferrari ġeddew il-kuntratt tas-sewwieq Charles Leclerc għal ħames snin oħra biex issa se jispiċċa minn magħhom fis-sena 2024. Dan tħabbar mill-Ferrari stess. Is-sewwieq ta’ 22 sena rebaħ żewġt itlielaq f’din…

Formula 1

Skont il-Kap Eżekuttiv tal-Ferrari Louis Camilleri, iċ-chairman John Elkann iltaqa’ mas-sewwieq Lewis Hamilton u għalkemm diġa’ tkellmu dwar li l-Brittaniku jingħaqad mal-Iscuderia, dawn it-taħdidiet għadhom prematuri. Skont rapporti mill-media Taljana,…

Moto GP

Fit-trakka ta’ Valencia ċ-Champion tal-Formula 1 Lewis Hamilton u l-leġġenda tal-MotoGP Valentino Rossi partu l-irwol tagħhom . Għall-ewwel darba Lewis Hamilton saq il-mutur tas-seba’ darbiet Champion tal-MotoGP filwaqt li għal…

Formula 1

Il-prinċipal tal-Ferrari Mattia Binotto stqarr li Charles Leclerc u Sebastian Vettel se jittħallew jikkompetu bejniethom fl-istaġun li ġej, l-istess mod kif spiċċaw dan l-istaġun. Binotto ddeskriva l-istaġun li kellu Leclerc…

Aktar