Formula 1
Formula 1: Il-Williams iniedu il-karozza l-ġdida tagħhom FW43

Il-kostrutturi Williams nhedew il-karozza l-ġdida tagħhom hekk kif l-ex champions tad-dinja se jkunu qed jippruvaw jagħmlu qabża fil-kwalità wara l-aħħar staġun fallimentari li kellhom li fih spiċċaw fl-aħħar post.

It-tim Ingliż preżenta l-karozza l-ġdida FW43 li mistennija tkun ta’ saħħa ġdid fil-kampjonat tal-Formula 1 li jmiss.

Il-Williams ilhom ma jirbħu Grand Prix sa mill-2012 permezz tas-sewwieq mill-Venezwela Pastor Maldonado.

L-aħħar darba li għamlu suċċess kien meta s-sewwieq tagħhom il-Kanadiż Jacques Villeneuve rebaħ il-kampjonat mondjali fl-1997.

Il-kampjonat tal-Formula 1 jibda fil-15 ta’ Marzu fl-Awstralja.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

It-tim tal-Mercedes għen sabiex jitfassal apparat li jgħin pazjenti infettati bil-coronavirus sabiex jieħdu nifs aħjar, u b’hekk ma jkollhomx għalfejn jiddaħħlu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. Il-Mercedes ħadmu flimkien m’inġiniera u mediċi…

Formula 1

Sid-il-kostrutturi ta’ Red Bull, Helmut Marko, daħal f’kontroversja kbira hekk kif f’intervista li ta, ġie kwotat jgħid li s-sewwieqa kollha tiegħu għandhom jimirdu issa biex ikunu b’saħħithom hekk kif jibda…

Formula 1

Il-kampjonat dinji tal-Formula 1 jista’ jtawwal sa Jannar tas-sena d-dieħla. Dan qalu l-Kap tal-Ferrari Mattia Binotto meta mistoqsi kif jista’ jsir biex il-kampjonat għal dan l-istaġun biex ikun salvat. L-ewwel…

Aktar