Formula 1
Formula 1: Imut Charlie Whiting fl-età ta’ 66 sena

Tħabbret il-mewt ta’ Charlie Whiting, id-direttur tat-tlielaq tal-Formula 1. Whiting, li kien popolari ħafna f’dan l-isport, miet fl-età ta’ 66 sena, b’kumplikazzjonijiet fil-pulmun. Il-Brittaniku, li beda l-karriera tiegħu mat-tim tal-Hesketh fl-1977, miet f’Melbourne, l-Awstrlaja, tlett ijiem qabel jibda l-istaġun tal-Formula 1.

Il-President tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Karozzi, Jean Todt, qal li huwa ta’ dispjaċir kbir għalih li sar jaf li Charlie kien ħalla din id-dinja. Skont Todt, Charlie Whiting kien figura ċentrali fil-Formula 1, u kien jirrappreżenta l-etika u l-ispirtu ta’ dan l-isport fantastiku. Whiting kien ilu direttur tat-tlielaq sa mill-1997.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Skond rapporti fil-media l-ex sewwieq tal-Formula 1 Michael Schumacher iddaħħal fi Sptar f’Pariġi dan sabiex isirlu trattament mediku sigriet. Schumacher li għalaq 50 sena fit-3 ta’ Jannar ilu ma’ jidher…

Formula 1

F1: Is-sewwieq żagħżugħ ta’ 21 sena Charles Leclerc paxxa lill-ferraristi bl-ewwel rebħa tal-kampjonat 2019 hekk kif rebaħ il-Grand Prix tal-Belġju fi Spa Francochamps. Din kienet ukoll l-ewwel rebħa fil-karriera għas-sewwieq…

Formula 1

Charles Leclerc ser jibda mill-pole position fil-Grand Prix t’għada fi Spa Francorchamps dan wara lil sieħbu Sebastian Vettel 0.738 sekondi li ser jibda mit-tieni post. Mit-tielet posizzjoni ser jibda l-Brittaniku…

Formula 1

Il-Grand Prix tal-Messiku ser jibqa’ fil-kalendarju tal-Formula 1 għat-tliet snin illi ġejjin wara li kien iffirmat kuntratt ġdid. L-isem tat-tellieqa ser jinbidel għal Mexico City Grand Prix mis-sena d-dieħla, fejn…

Aktar