
Formula 1
Formula 1: Ir-Red Bull jippreżentaw il-karozza l-ġdida li se jsuq Max Verstappen mill-istaġun il-ġdid
Ir-Red Bull ippreżentaw il-karozza l-ġdida li se jkun qed isuq Max Verstappen mill-istaġun il-ġdid.
Verstappen qal li din il-karozza b’saħħitha biżżejjed li tista’ twasslu biex jirbaħ it-titlu u jtemm dominju ta’ seba’ snin ta’ Lewis Hamilton u l-Mercedes.
Il-karozza bl-isem RB16B, tixbaħ ħafna l-mudell tal-istaġun li għadda.
Red Bull u Max Verstappen rebħu żewġ Grand Prix’s fis-sena li għaddiet.
Minkejja dan, il-Mercedes jibqgħu l-favoriti li jirbħu t-tmien kampjonat konsekuttiv.
L-istaġun jibda bl-ewwel Grand Prix fit-28 ta’ Marzu fil-Bahrain.