Formula 1
Formula 1: Is-sitt kampjonati ta’ Lewis Hamilton

Nhar il-Ħadd li għadda fil-Grand Prix t’Austin, l-Istati Uniti, Lewis Hamilton rebaħ is-sitt kampjonat tal-Formula 1 fil-karriera tiegħu. Sitt kampjonati li rebaħhom f’perjodu ta’ 11-il sena. Kien fl-2008 meta mal-McLaren Hamilton sar l-iżgħar sewwieq tal-Formula 1 li rnexxielu jirbaħ kampjonat. Għalkemm baqa’ mal-McLaren sal-2012, huwa qatt ma rnexxielu jduq is-suċċess li kien esperjenza fl-2008 u forsi kien hemm ħafna li ħasbu li l-Brittaniku kien one season wonder.

Fl-2013 ingħaqad mal-Mercedes u bl-ewwel rebħa mat-tim Ġermaniż fl-Ungerija, Hamilton beda jipprepara għal dak li kellu jsegwi fis-snin ta’ wara. Is-Silver Arrows tjiebu ħafna u fl-2014 Lewis Hamilton rebaħ l-ewwel staġun tiegħu mal-Mercedes u t-tieni wieħed fil-karriera. Fl-2015 reġa’ kien l-aħjar sewwieq fuq it-track u ħareġ rebbieħ, bil-Mercedes għat-tieni sena konsekuttiva jirbħu l-kampjonati tas-sewwieqa u tal-kostrutturi. L-istaġun 2016 ma kienx wieħed daqstant sodisfaċenti għal Hamilton meta finalment spiċċa t-tieni wara sieħbu tal-istess tim Nico Rosberg. Id-differenzi bejn iż-żewġ sewwieqa kienu evidenti matul dan l-istaġun, b’Rosberg jirtira mill-Formula 1 wara li rebaħ il-kampjonat.

Mill-2017 sa din is-sena, Lewis Hamilton kellu miegħu lil Valtteri Bottas, u għalkemm b’mod speċjali f’dan l-istaġun il-Finlandiż deher li jista’ jagħti sfida denja lill-Britanniku, Hamilton xorta waħda kien aktar b’saħħtu u rebaħ il-kampjonat hu. Bir-rebħ tas-sitt kampjonat fil-karriera, Hamilton jinsab kampjonat ‘il bogħod milli jilħaq ir-rekord tal-leġġenda Michael Schumacher.

S’issa Hamilton għadu qiegħed jiġri wara r-rekords tal-Ġermaniż, imma huwa mistenni li jekk is-sena d-dieħla jerġa’ jkollu karozza kompetittiva, allura ċertu rekords mhux biss jilħaqhom imma jibda jagħmilhom tiegħu. Fil-karriera tiegħu, Schumacher kien rebaħ 91 tellieqa, b’Hamilton s’issa rebaħ 83.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Formula Wieħed, il-Finlandiż Kimi Raikkonen bil-karozza Alfa Romeo C39 fuq quddiem bl-aħjar ħin fit-tieni jum ta’ testijiet ta’ qabel l-istaġun f’Barcelona bl-aktar dawra veloċi f’minuta, sbatax punt żero disgħa wieħed…

Formula 1

Il-kostrutturi Williams nhedew il-karozza l-ġdida tagħhom hekk kif l-ex champions tad-dinja se jkunu qed jippruvaw jagħmlu qabża fil-kwalità wara l-aħħar staġun fallimentari li kellhom li fih spiċċaw fl-aħħar post. It-tim…

Formula 1

Il-Ferrari żvelaw il-karozza l-ġdida tagħhom għall-istaġun li ġej bl-isem ta’ SF 1000. Iċ-ċermonja saret fit-Teatro Valli, f’Reggio Emilia u bdiet b’diskors minn Louis Camilleri, Kap Eżekuttiv tal-Ferrari. Il-Ferrari se jkunu…

Formula 1

L-Awtoritajiet tal-isport f’Shanghai rrikomandaw is-sospensjoni tal-attivitajiet sportivi kollha tal-pajjiż minħabba l-marda tal-coronavirus. L-awtoritajiet komplew jitfgħu aktar dubji dwar il-Grand Prix fiċ-Ċina u jekk jaqbilx li ssir jew le. Ir-raba’ Grand…

Aktar