Formula 1
Formula 1: It-tim il-ġdid Racing Point jippreżentaw il-karozza għall-istaġun li ġej

It-tim il-ġdid tal-Formula 1,  Racing Point, ilbieraħ nedew il-karozza l-ġdida għall-istaġun 2019 li ser jibda ftit tal-ġimgħat oħra. It-tim, li sal-istaġun li għadda kien jismu Force India, qegħdin jippruvaw jibdew era ġdida fil-Formula 1, tant li bidlu l-isem tat-tim u anke ngħaqdu mal-isponsor uffiċjali SportPesa.

Għalkemm b’isem ġdid, il-kulur tal-karozza pjuttost inżamm simili ħafna ta’ kif kien is-sena li għaddiet, bir-roża jgħajjat jispikka fuq kull kulur ieħor, biss din id-darba hemm ukoll il-kulur blu minħabba l-isponsor li ngħaqdu miegħu matul ix-xhur tax-xitwa.

Jidher li l-karozza li ser tinstaq fl-istaġun li ġej għadha qiegħda tiġi mibnija qabel ma’ jibdew l-ewwel testijiet fuq iċ-ċirkwit ta’ Katalunja, f’Barcelona erbat ijiem oħra. It-tnedija tal-karozza saret fil-Kanada, fil-pajjiż minn fejn hu mwieled il-biljunarju Lawrence Stroll li jiġi missier Lance Stroll li ser ikun wieħed mis-sewwieqa ta’ dan it-tim ġdid.

Fl-istess tim ser ikun hemm is-sewwieq Messikan Sergio Perez, bl-għan tat-tim huwa li f’dan l-ewwel staġun jirnexxilhom jiksbu l-punti fil-Formula 1 sabiex fl-istaġuni li ġejjin ikunu jistgħu jkomplu jibnu s-suċċessi bil-mod il-mod.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Ser ikunu tliet timijiet tal-Formula 1 li ser jipprovdu l-karozzi tagħhom lill-kumpanija Pirelli sabiex jippruvaw t-tures 18-inch għall-istaġun 2021. Skont Mario Isola, wieħed mid-diretturi tal-Pirelli, “jekk kollox imur kif ippjanat,…

Formula 1

Il-bidu eċċezzjonali li kellhom il-Mercedes f’dan l-istaġun tal-Formula 1 mhuwiex biżżejjed sabiex jikkonvinċi lil Lewis Hamilton li għal darb’oħra t-tim Ġermaniż jista’ jirbaħ il-kampjonat tal-kostrutturi. Skont il-Brittaniku, l-istaġun għadu fil-bidu…

Formula 1

Il-Brittaniku tal-Mercedes Lewis Hamilton rebaħ il-Grand Prix taċ-Ċina li sar f’Shangai dalgħodu, Grand Prix li kien l-elf wieħed fl-istorja tal-Formula 1. Hamilton qabeż lil Bottas li kellu l-Pole u qatt…

Formula 1

Charles Leclerc rebaħ l-ewwel pole position tal-karriera tiegħu fl-età ta’ 21 sena u 166 ġurnata meta fuq iċ-ċirkwit ta’ Bahrain issorprenda bil-karozza Ferrari. L-Iscuderia kienu b’saħħithom mill-provi tal-bieraħ, b’Leclerc ikun…

Aktar