Formula 1
Formula 1: It-timijiet jaqblu dwar pjan għat-tnaqqis tal-ispejjeż

It-timijiet tal-Formula 1 qablu dwar pakkett li se jkun qed inaqqas l-ispejjeż tagħhom sakemm id-dinja toħroġ mill-pandemija tal-coronavirus.

Il-kostrutturi aċċettaw pjan biex inaqqsu l-budget tagħhom mix-xahar id-dieħel.

Il-pjan ta’ tnaqqis hu ta’ €30 miljun, minn €175 miljun għal €145-il miljun.

It-tnaqqis fl-ispejjeż se jkun ta’ €140 miljun għall-2022 u ta’ €135 miljun għal bejn l-2023 u l-2025.

Dan il-pakkett għad irid jiġi approvat mill-Assoċjazzjoni Dinjija tal-Formula 1.

Miktub minn...
TVM Sport