Formula 1
Formula 1: Jibdew il-provi tal-Grand Prix ta’ Singapore, inċidenti għal Leclerc u Vettel

Formula 1: Hekk kif illum bdew il-provi tal-Grand Prix ta’ Singapore is-sewwieq tas-Sauber Charles Leclerc li se jkun qed jingħaqad mal-Ferrari mill-istaġun li ġej flok Kimi Raikkonen ikkraxxja u għamel ħsara konsiderevoli fir-rota tal-lemin ta’ quddiem u fis-suspension tal-karozza tiegħu.

Apparti Leclerc anke Sebastian Vettel għamel ħsara fil-Ferrari tiegħu l-Ġimgħa waqt il-provi meta mess ir-rota b’saħħa mal-ħajt waqt li kien qed jaqbeż lil Lewis Hamilton. Il-Ferrari ta’ Vettel wara dan l-impatt kellha leak mir-radiator bil-konsegwenza li ma reġax ħareġ fuq iċ-ċirkwiet.

Miktub minn...
TVM Sport
.