Formula 1
Formula 1: Jitħabbru r-regolamenti l-ġodda għall-istaġun 2021

Il-mument li ħafna partitarji tal-Formula 1 kienu qed jistennew, issa wasal. Ħarġu r-regolamenti li huma mistennija jibdlu l-Formula 1 minn kif nafuh illum, mill-2021 ‘il quddiem. Wara aktar minn sentejn ta’ ħidma fuq analiżi dettaljata fuq dan l-isport, kemm fuq it-track u barra minnha, l-FIA u l-Formula 1 ikkonfermaw ir-regolamenti l-ġodda li ser jidħlu fis-seħħ mill-2021.

Ir-regolamenti kienu ppreżentati matul il-ġurnata tal-Ħamis fiċ-ċirkwit t’Austin, l-Istati Uniti miċ-Chairman u s-CEO tal-Formula 1 Chase Carey, flimkien mal-President tal-FIA Jean Todt. Ir-regolamenti huma maħsuba sabiex jippromwovu aktar sfidi fuq iċ-ċirkwit, b’kompetizzjoni aktar bilanċjata, filwaqt li bħala sport il-Formula 1 isir aktar sostenibbli ekonomikament u sportivament.

Mis-sena 2021 huwa mistenni li fil-Formula 1 naraw:

  • Karozzi li jkunu aktar kompetittivi fuq iċ-ċirkwit;
  • Kompetizzjoni aktar bilanċjata matul it-tellieqa;
  • Sport li s-suċċess fih ikun aktar determinat minn kemm it-tim jonfoq il-flus bilgħaqal aktar milli kemm jonfoq, u dan għaliex għall-ewwel darba tim mhux ser ikun jista’ jonfoq aktar minn $175 miljun fi staġun wieħed;
  • Sport li ekonomikament ikun aħjar għal dawk li diġa’ qegħdin jipparteċipaw u għal timijiet ġodda li jkunu jridu jibdew l-isfida fil-Formula 1;
  • Sport li jibqa’ fuq quddiem fid-dinja tal-motor racing, u jkun il-pjattaforma prinċipali f’teknoloġiji ġodda.

Ir-regolamenti l-ġodda kienu approvati unanimament, bit-tama li l-isport ikompli jikber u jissaħħaħ. Waħda mill-inizjattivi importanti hija dik favur l-ambjent, fejn fil-ġimgħat li ġejjin ser ikunu varati pjanijiet ġodda kif ser ikompli jitnaqqas l-impatt ambjentali, bil-ħsieb li fis-snin li ġejjin dan jiġi eliminat.

Tista’ tara r-regolamenti l-ġodda f’aktar dettall f’dan il-video:

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Lewis Hamilton żar iċ-ċentru tal-Mercedes-AMG Petronas fl-Ingilterra sabiex jiċċelebra s-sitt kampjonat personali tal-Formula 1 u s-sitt kampjonat konsekuttiv tal-kostrutturi għat-tim tiegħu. Hamilton flimkien ma’ Valtteri Bottas u l-maniġer Toto Wolff…

Formula 1

Nhar il-Ħadd li għadda fil-Grand Prix t’Austin, l-Istati Uniti, Lewis Hamilton rebaħ is-sitt kampjonat tal-Formula 1 fil-karriera tiegħu. Sitt kampjonati li rebaħhom f’perjodu ta’ 11-il sena. Kien fl-2008 meta mal-McLaren…

Formula 1

Il-Brittaniku Lewis Hamilton fuq karozza Mercedes irnexxielu jissiġilla r-rebħ tal-kampjonat 2019 tal-Formula 1 meta fil-Grand Prix tal-Istati Uniti u temm fit-tieni post minkejja li beda t-tellieqa mil-ħames filliera. Dan kien…

Formula 1

Formula 1 – Lewis Hamilton kien l-aktar veloċi fl-ewwel żewġ sessjonijiet tal-provi liberi fil-Grand Prix t’Austin, l-Istati Uniti. Hamilton kien aktar veloċi minn Charles Leclerc tal-Ferrari u Max Verstappen tar-Red…

Aktar