Formula 1
Formula 1: L-ewwel Grand Prix tal-istaġun fl-Awstralja se tiġi kkanċellata

Il-Grand Prix tal-Awstralja f’Melbourne se tiġi kkanċellata u skedata f’ġurnata oħra minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u diversi regolamenti tal-pajjiż relatati ma’ dan.

Il-biljetti tad-dħul tal-Grand Prix li kellha ssir f’Albert Park fil-21 ta’ Marzu għadhom ma bdewx jinbiegħu.

Kelliemi għall-Formula 1 qal li l-istaġun il-ġdid se jkun qed jibda għal Marzu li ġej iżda ma speċifikax fliema pajjiż.

L-istaġun li għadda kien beda f’Lulju fl-Awstrija bil-kalendarju annwali li tniżżel minn 22 tellieqa għal 17.

Miktub minn...
TVM Sport