Formula 1
Formula 1: L-istaff tal-McLaren jaslu lura fl-Ingilterra wara ġimgħatejn kwarantina fl-Awstralja

L-istaff tal-McLaren li kienu fi kwarantina f’Melbourne fl-Awstralja minħabba każ ta’ coronavirus fi żmien meta ġiet posposta l-Grand Prix tal-Awstralja reġgħu lura fl-Ingilterra.

16-il impjegat tal-McLaren kienu ilhom ġimgħatejn f’iżolazzjoni wara li wieħed minnhom ittestja pożittiv.

Fi stqarrija, il-Mclaren qalu li l-impjegati tagħhom kollha jinsabu lura f’darhom mal-familja mingħajr problema.

McLaren qalu wkoll li l-mebru tagħhom li ttestja pożittiv jaħdem fit-taqsima tat-tyres u kkonfermaw ukoll li minn dak iż-żmien sal-lum, din il-persuna fieqet kompletament mill-coronavirus.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Deċiżjoni iebsa dik taċ-Ċirkwit ta’ Zandvoort fl-Olanda hekk kif ittieħdet id-deċiżjoni li l-Grand Prix ta’ din is-sena jkun kanċellat. Oriġinalment bil-kriżi li ġabet magħha l-Pandemija tal-COVID-19, Liberty Media u l-organizaturi…

Formula 1

George Russell rebaħ it-tieni tellieqa virtwali tiegħu meta f’Monaco ħareġ rebbieħ quddiem Esteban Gutierrez u Charles Leclerc. Wara li Russell rebaħ il-pole position fix-xita, it-tellieqa bdiet b’diversi ħbit tal-karozzi, li…

Formula 1

It-timijiet tal-Formula 1 qablu dwar pakkett li se jkun qed inaqqas l-ispejjeż tagħhom sakemm id-dinja toħroġ mill-pandemija tal-coronavirus. Il-kostrutturi aċċettaw pjan biex inaqqsu l-budget tagħhom mix-xahar id-dieħel. Il-pjan ta’ tnaqqis…

Formula 1

L-ex Champion tad-Dinja tal-Formula 1, Jenson Button, qal li jinsab sorpriż ħafna u xxukkjat li Sebastian Vettel mhux se jsuq aktar mal-Ferrari. Button qal li hi ġennata sħiħa jekk Vetttel…

Aktar