Formula 1
Formula 1: Lando Norris bl-aħjar ħin f’Sochi u se jitlaq mill-Pole Position

Lando Norris issorprenda lil kulħadd meta llum għamel l-aħjar ħin fil-provi uffiċjali u għada se jkun qed jitlaq mill-Pole Position fil-Grand Prix tar-Russja.

Is-sewwieq tal-McLaren kellu provi eċċellenti u kien megħjun mill-fatt li ċ-Champion tad-Dinja Lewis Hamilton kellu inċident meta baqa’ dieħel ġo ħajt waqt din is-sessjoni.

Carlos Sainz ta’ Ferrari għamel it-tieni l-aħjar ħin u se jkun qed jitlaq mit-tieni post fil-Grand Pris ts’ Sochi ta’ għada.

George Russel jitlaq mit-tielet post.

L-Olandiż ta’ 23 sena Max Verstappen fuq Red Bull se jkun qed jitlaq mill-aħħar post wara li kellu xi problemi fil-magna u ngħata l-penalty.

Mill-2013, il-Mercedes dejjem rebħu l-Grand Prix ta’ Sochi u rebħa għal Hamilton għada tkun tfisser il-100 waħda tal-karriera.

Miktub minn...
TVM Sport