Formula 1
Formula 1 – Lando Norris għandu l-Covid-19, ir-raba’ sewwieq li laqqatha

Is-sewwieq tal-McLaren Lando Norris għandu l-Covid-19. Kien it-tim tal-McLaren stess li ħareġ l-istqarrija fejn intqal li Norris jinsab f’iżolament wara li kien għal btala f’Dubaj qabel kien ser jingħaqad mat-tim għall-kamp ta’ taħriġ.

Skont Lando Norris li għandu 21 sena, huwa ddeċieda li jagħmel swab test wara li tilef is-sens tax-xamm u tat-togħma, u fuq Twitter qal li m’għandux sintomi addizzjonali.

B’hekk Lando Norris sar ir-raba’ sewwieq tal-Formula 1 li rriżulta pożittiv għall-Covid-19, u segwa lil Lewis Hamilton, Sergio Perez u Lance Stroll li kollha għaddew mill-esperjenza negattiva tal-coronavirus.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA